Għanja 93
Il-Post Sabiħ tal-Qima taʼ Jehovah
1. Xi ġmiel hemm fit-tempju grandjuż
Fejn toqgħod int tant maestuż!
B’ruħi u b’qalbi inkun hemm,
Fil-btieħi tiegħek nagħti seh’m,
Fil-btieħi tiegħek nagħti seh’m.
2. Jehovah meta niġu ħdejk,
Biex tgħinna aħna nersqu lejk,
Imħabbitna b’qima nagħtuk,
B’qawwet żgħożitna lkoll naqduk,
B’qawwet żgħożitna lkoll naqduk.
3. Fil-btieħi tiegħek jum aħjar
Minn elf band’ oħra lejl u nhar.
Nagħżel li nkun f’tiegħek id-dar
Milli mal-ħżiena fix-xalar,
Milli mal-ħżiena fix-xalar.
4. Jehovah huwa tarka w xemx;
Kenn aħjar minnu żgur ma hemmx.
Hu jipproteġi lill-ġwejdin
U jridna nkunu ferħanin,
U jridna nkunu ferħanin.