Għanja 194
Idħol fil-Btieħi tat-Tempju taʼ Jehovah!
1. Ix-Xhieda taʼ Jehovah jippridkaw fl-art kollha:
‘Alla w Ġesù isaltnu issa bdew!’
Dan huwa ż-żmien li nqimu ’l Alla bħala folla,
Nitgħallmu lkoll fit-tempju nimxu sew.
2. Iftħu x-xatbiet u għall-umlin agħmlu il-wisgħa;
Idħlu hemm ġew fil-btieħi t’Alla l-Kbir.
Ġibu rigal u ejjew fuq l-għolja qaddisa,
Lkoll ferħanin, qalbkom mimlija ssir.
3. Dan huwa l-jum li ‘ż-żgħir isir elf’ tant ferrieħi.
Mill-bogħ’d in-“ngħaġ oħra” jersqu fil-qrib.
Hekk bħall-ħamiem itiru lejn tat-tempju l-btieħi
Fejn tifħir lil Jehovah int issib.
4. Idħol mill-bieb u faħħar lis-Sovran Jehovah.
Din hija s-sejħa tidwi kullimkien.
Ikkongregaw, tal-qima vera agħtu prova;
Għixu henjin hemm ġew dej-jem flimkien.