Għanja 137
Iż-Żmien Maħtur Joqrob
1. O Jehovah, int Qaddis,
Il-Blata, is-Sovran.
Minn Sijon tgħajjat ma ddumx,
Fil-ħaqq m’intix kajman.
Anki jekk tidher li ddum,
Naf żgur li ma tkunx tard Għax
Bla nifs xejn, riesaq it-tmiem;
Insalva jekk stabart.
2. Mhux wisq iktar issa żgur
Sejfek toħroġ dalwaqt.
Hawn fuq l-art fl-aħħar naraw
Li kliemek tkun wettaqt.
In-nies ħżiena jipprovaw
Iġibu nkwiet kotran. Biss,
Iż-żmien maħtur tiegħek hawn
Biex turi driegħ setgħan.
3. Wisq Setgħan, Sovran Mulej,
Jehovah hu ismek.
Sieket kulħadd għandu jkun
Jitgħallem iqimek.
Permezz t’Ibnek int Sultan
B’mod li hu tant setgħan. Hemm,
Fuq it-tron, O Alla, int
Għall-art twettaq il-għan.
4. Ferħanin qed inkantaw
Lilek Alla w ħabib.
’Il quddiem mur maʼ Ġesù
Salvazzjoni iġġib.
O Maestuż fuq kulħadd,
Tiegħek wasal iż-żmien. Hekk
Nistennew sabiex narawk
Rebbieħ maʼ kullimkien.