Għanja 100
Infaħħru lil Jehovah Alla Tagħna!
1. Infaħħruh! Lil Jehovah ntuh
Tagħna it-tifħir Għax hu kbir!
Ferħanin! Inkantaw henjin
Għax is-sema w l-art minnu ħerġin.
Fil-ħolqien kollu hemm kobor kbir
U imħabba tidher f’li jsir.
Il-għerf u l-ħaqq tiegħu joktru lkoll;
Żelu w qawwa juri f’kull xogħ’l.
Infaħħruh! Lil Jehovah ntuh
Tagħna it-tifħir Għax hu kbir!
2. Infaħħruh! Lil Jehovah ntuh
Tifħir taʼ kull ħin Għax ħanin!
Ngħajtu lkoll! Juri mħabba wkoll
Billi mill-jasar lilna iħoll.
Għalkemm hu qawwi, gwerrier fil-ħin,
Hu ġentili man-nies ġwejdin.
Dawk li jfittxuh fih se jsibu kenn;
Għat-twajbin hu dejjem iħenn.
Infaħħruh! Lil Jehovah ntuh
Tifħir taʼ kull ħin Għax ħanin!
3. Infaħħruh! Lil Jehovah ntuh
Li Sultan ikun Kull raġun!
Ngħidu kemm Se Jehovah jtemm
B’dik is-Saltna kull inkwiet u hemm!
Wasal iż-żmien biex Kristu Sultan
Taʼ Jehovah iwettaq l-għan.
Mela ngħannu tifħir kif imiss:
’L Alla tagħna inqimu biss.
Infaħħruh! Lil Jehovah ntuh
Li Sultan ikun Kull raġun!