Għanja 197
Agħmel Melodija lil Jehovah!
1. Dil-melodija inkantaw
Lil Alla għalenija.
Ibnu l-maħbub hawn fuq din l-art
Jieħu issa t-tmexxija.
Ngħajtu bil-ferħ, nagħtu applaws,
Tant għamel All’ għalina!
Leħinna ngħollu bit-tifħir
F’kor magħqud, b’vuċi bnina.
La Kristu issa fuq it-tron,
Il-ġnus se jħossuh żgur.
Il-ħakma tajba tiegħu bdiet.
Nagħrfuh bħala s-Sinjur.
2. Qed ngħixu fi żmien taʼ nkwiet kbir,
Niket u hemm u dwejjaq.
Dawn huma qishom jiem xitwin
Meta kulħadd imdejjaq.
Im-ma l-Millennju huwa qrib;
Ġesù jeqred lill-ħżiena.
Ġenna tal-Art se jġib mill-ġdid
U magħna juri ħniena.
Hekk nistennew il-jum sabiħ
Meta jsir kollox ġdid.
Biex din it-tama tikseb int,
Agħmel minn issa l-ġid.
3. Jehovah wettaq atti kbar.
Jaraw il-ġnus żgur saru
Kemm Alla jieħu ħsieb taʼ dawk
Li qegħdin jixhdu dwaru.
Għax Alla tal-art hu s-Sultan,
Barkiet kbar lilna jagħti;
Dil-melodija inkantaw
Għax lejh minn qalbna grati.
Għeżież aħwa ejjew ilkoll
B’għanjiet nagħtuh tifħir.
Bil-qiegħda qiegħed fuq it-tron,
Hu ħaqqu unur kbir.