Għanja 14
“Ifirħu, O Ġnus”!
1. O ġnus, maʼ niesu lkoll ifirħu!
Is-Saltna hi fil-qrib.
Kristu Ġesù jaħkem minn Sijon:
Bih kull art tifraħ trid!
Is-sebaʼ żminijiet intemmu;
Żmien il-Ġentili tar.
O ġnus, maʼ niesu lkoll ifirħu!
Jehovah sultan sar.
2. O ġnus, maʼ niesu lkoll ifirħu!
Id-dinja f’tarf l-irdum
Tal-battalja taʼ Armageddon:
Żgur illi mhix se ddum.
Waqt li l-bnedmin iqimu ’l “bhima”
U ’l Alla jinjoraw,
Aħna dejjem nobdu lil Ibnu
W lil Alla naduraw.
3. O ġnus, maʼ niesu lkoll ifirħu!
Xandru minn bieb għal bieb
L-aħbar dwar taʼ Jehovah s-Saltna:
Għidu ’l egħdewwa w ’l ħbieb
Li Kristu se jmexxi bil-għaqal,
B’im-ħabba w kif imiss.
O ġnus, maʼ niesu lkoll ifirħu!
Aqdu lil Alla biss.