Għanja 23
It-Tama tal-Bibbja għall-Bnedmin
1. Koroh il-jiem, qorob it-tmiem;
Nies jgħixu fil-għama għax ilkoll bla tama.
Nies beżgħanin fid-dlam qegħdin
Għax wasalna fl-aħħar jiem.
Biss il-Bibbja tagħti raġuni għal ferħ
Għax is-Saltna toffrilna tama taʼ serħ.
Mill-għajnejn tan-nies jimsaħ Alla id-dmugħ.
Nieqfu ilkoll dritti bla biżaʼ nqimuh.
2. Lejl mimli dlam; biżaʼ kbir qam.
Ħadd jiċħad ma jistaʼ illi l-mewt jakkwista.
Qabar miftuħ fih tkun mitfugħ.
Xogħ’l il-bniedem vanità.
Biss il-Bibbja fiha tama għall-mejtin
Billi l-irxoxt tagħhom qiegħed fil-viċin.
Lejn għejjun taʼ ħajja huma jitmexxew.
Din l-aħbar tajba li Jehovah qal sew.
3. Nies imkabbrin joktru qegħdin
B’qerq u faħx jiżdiedu, il-ħażen iniedu.
Satana jrid ikun is-Sid
Bil-ħażen maʼ kullimkien.
Biss il-Bibbja tgħid illi t-tmiem hu fil-qrib
Għax il-ħaqq Jehovah għad-dinja se jġib,
Biex ineħħi l-ħażen għall-eternità
U l-ġwejdin jimlew l-art bil-feliċità.