Għanja 29
Ejjew, bħala Xhieda!
1. Sodi w qawwija waqt dan iż-żmien tat-tmiem;
Ilkoll imħejjija nxandru f’dawn l-aħħar jiem.
Għalkemm ix-Xitan jittantana
Nafu illi Alla hu magħna.
(Kor)
2. Sewwa u ħaqq fost il-ġnus ma jeżistux.
L-isem taʼ Jehovah il-ħżiena ma jridux.
Jinħtieġ illi jieħdu lezzjoni
Bil-ħidma tal-kongregazzjoni.
(Kor)
3. Bħala suldati rridu ma nitgħażżnux.
Ix-xewqat tad-dinja żgur lilna ma jrażżnux.
Bla tebgħa mid-dinja l-ħin kollu
Biex l-isem qaddis t’Alla ngħollu.
(KOR)
Ejjew bħala Xhieda lkoll dejjem moħħna hemm!
Bil-ferħ għax fix-xogħ’l t’Alla nistgħu nieħdu seh’m!
Ngħidu lil kulħadd l-Ordni Ġdida hi qrib,
Li dalwaqt barkiet kbar Alla se jġib.