Il-Ħarġa Taʼ Stenbaħ! Bil-Malti Kull Tliet Xhur
L-ewwel ħarġa tal-Golden Age kienet fl-1 t’Ottubru, 1919. Din ir-rivista għamlet lin-nies konxji taʼ x’kien qiegħed jiġri fid-dinja u wriet il-vera soluzzjoni għall-problemi taʼ l-umanità. L-isem tar-rivista nbidel għal Consolation fis-6 t’Ottubru, 1937 u dan kien wieħed xieraq meta tqis l-oppressjoni li ħafna ġarrbu fis-snin taʼ matul it-Tieni Gwerra Dinjija. L-ewwel ħarġa taʼ l-Awake! kienet fit-22 t’Awissu, 1946.
Stenbaħ! għala huwa ppubblikat? Dan qiegħed għat-tidwil tal-familja kollha. Juri kif wieħed ikampa mal-problemi tal-lum. Jirrapporta l-aħbarijiet, jitkellem dwar nies f’bosta pajjiżi, jeżamina r-reliġjon u x-xjenza. Imma jagħmel iktar minn hekk. Dan iħaffer fil-fond u jipponta lejn it-tifsir veru wara ġrajjiet kurrenti, u madankollu jibqaʼ dejjem newtrali politikament u ma jgħollix razza ’l fuq minn oħra. L-iktar importanti, din ir-rivista tibni fiduċja fil-wegħda tal-Ħallieq għal dinja ġdida mimlija paċi u sigurtà li dalwaqt se tieħu post is-sistema preżenti t’affarijiet li hija mill-agħar u mingħajr liġi.
Huwa sinċerament ittamat li l-ħarġa kull tliet xhur taʼ Stenbaħ! bil-Malti se tkun mezz biex jiġu mgħejjunin ħafna wħud sinċieri f’Malta jisimgħu leħen Ġesù Kristu u jieħdu waqfa “fuq in-naħa tal-verità.”—Ġwn. 18:37.
Kif nistgħu nagħmlu l-iktar użu effettiv mill-ħarġa kull tliet xhur taʼ Stenbaħ!? L-ewwel irridu nkunu ċerti li naqraw kull rivista aħna stess. Imbagħad ċertament li nkunu rridu nqassmu dan l-istrument ġdid f’kemm jistaʼ jkun postijiet. Waqt li naqraw id-diversi artikli nistgħu forsi naħsbu dwar min jistaʼ jibbenefika minn dan il-materjal f’waqtu, ħbieb, qraba, u oħrajn.
Kif nistgħu nippreparaw preżentazzjoni li tqanqal l-interess fir-rivisti? X’aktarx li tkun tistaʼ tiżviluppa preżentazzjoni effettiva billi timxi fuq dawn il-punti bażiċi: (1) Agħżel xi artiklu fir-rivisti li tħoss li se jappella lin-nies. (2) Islet minn dan l-artiklu xi stqarrija jew xi skrittura kkwotata li tħoss li se jqanqlu l-interess tal-persuna li magħha tkun qiegħed titkellem. (3) Ħejji preżentazzjoni qasira li tinkludi merħba dħulija, xi mistoqsija jew stqarrija li tenfasizza xi ħsieb Skritturali interessanti, u stedina sinċiera biex dak li jkun jaċċetta r-rivista. Kif qiegħed tara, dan huwa pjuttost sempliċi u mhux ikkomplikat. Forsi tistaʼ tissieħeb maʼ pubblikatur ieħor u tħejju xi preżentazzjoni.
Huwa importanti għalik li jkollok provista suffiċjenti tar-rivista. Jekk jogħġbok kun ċert li jkollok ordni regulari mal-ħu inkarigat mir-rivisti.
Aħna grati lejn Jehovah talli pprovdielna din l-għajnuna imprezzabbli biex nużawha fil-ministeru tagħna. Jalla Jehovah ikompli jberikkom hekk kif bl-entużjażmu tużaw il-ħarġa kull tliet xhur taʼ Stenbaħ! biex tgħinu lil dawk “disposti sewwa għall-ħajja taʼ dejjem [biex isiru] jemmnu.”—Atti 13:48.