Għanja 189
Nipproklamaw Jum il-Vendetta taʼ Jehovah
1. It-trombi qed idoqqu;
Jgħajtu ċar it-twiddib.
Jehovah iddikjara:
Jum il-vendetta qrib.
Ngħiduha bi qlubija
Għalkemm jistkerrhu n-nies.
Trid tingħata t-twissija:
Dalwaqt ġej il-Ħellies.
2. Il-gwerra taʼ Jehovah.
Ibnu imexxi l-ġlied.
Ir-rebħa hija ċerta:
Jinqered il-qerried;
Il-pjanijiet tal-għadu
Jinġiebu lkoll fix-xejn.
Biex nirbħu fil-battalja
Alla jsaħħaħ l-idejn.
3. L-għassiesa t’Alla jwissu;
Ixandru lkoll flimkien.
Kull wieħed jinsab f’postu,
’L Alla jobdi, qalbien.
Jehovah għandu ħinu;
Iż-żmien huwa qasir
Biex nippridkaw is-Saltna
U ’l Alla ntuh tifħir.