LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/00 p. 1
  • Tippriedka Int bil-Kuraġġ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tippriedka Int bil-Kuraġġ?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Imita lil Ġesù—Ippriedka bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • ‘Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kompli Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sib it⁠-⁠tweġibiet għal dawn il⁠-⁠mistoqsijiet
    2018-2019 Programm għall-Assemblea mal-Indokratur li Jżur il-Kongregazzjonijiet
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 12/00 p. 1

Tippriedka Int bil-​Kuraġġ?

1 Pietru u Ġwanni baqgħu jiddikjaraw il-​messaġġ tas-​Saltna bil-​kuraġġ minkejja li dawk li kienu jopponu arrestawhom u heddewhom. (Atti 4:17, 21, 31) X’ifisser għalina llum li nippridkaw bil-​kuraġġ?

2 Kif Nagħtu Xiehda bil-​Kuraġġ: Kelma oħra għal “kuraġġuż” hi “taʼ ħila,” li tfisser li “ma tibżax akkost taʼ kollox, tkun qalbieni, u tissaporti.” Għall-​Kristjani veri, li jippridkaw bil-​kuraġġ ifisser li ma jibżgħux jesprimu ruħhom kulmeta tiġihom okkażjoni xierqa biex jaqsmu l-​aħbar tajba m’oħrajn. (Atti 4:20; 1 Pt. 3:15) Dan ifisser li aħna ma nistħux nitkellmu dwar l-​aħbar tajba. (Salm 119:46; Rum. 1:16; 2 Tim. 1:8) B’hekk, il-​kuraġġ huwa kwalità meħtieġa sabiex inwettqu l-​inkarigu tagħna li nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna f’dan iż-​żmien tat-​tmiem. Dan iqanqalna biex naqsmu l-​aħbar tajba kulfejn insibu n-​nies.—Atti 4:29; 1 Kor. 9:23.

3 Il-​Kuraġġ fl-​Iskola: Huwa diffiċli li tippriedka lil sħabek taʼ l-​iskola jekk tkun kemxejn beżżiegħ jew mistħi? Xi drabi dan ma jkunx faċli; fil-​fatt jistaʼ jkun tassew taʼ sfida. Madankollu, Jehovah se jsaħħek jekk int titolbu biex jimliek bil-​kuraġġ ħalli tippriedka lil oħrajn. (Salm 138:3) Il-​kuraġġ se jgħinek tidentifika lilek innifsek bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah u tissaporti t-​twaqqigħ għaċ-​ċajt. Bħala riżultat, li tippriedka fl-​iskola jistaʼ jkun taʼ salvazzjoni għal dawk li jisimgħuk.—1 Tim. 4:16.

4 Il-​Kuraġġ fuq ix-​Xogħol: Magħruf int bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah fuq ix-​xogħol? L-​uniku mod li bih sħabek tax-​xogħol jistgħu jintlaħqu bl-​aħbar tajba jistaʼ jkun billi tippridkalhom int. Il-​kuraġġ tiegħek se jgħinek ukoll f’li tkun ċert li ma tħallix ix-​xogħol itellfek milli tattendi għal-​laqgħat Kristjani tiegħek u l-​konvenzjonijiet.

5 Il-​Kuraġġ Meta Nkunu taħt Prova: Huwa importanti ferm li meta niffaċċjaw l-​oppożizzjoni nagħmlu kuraġġ. (1 Tess. 2:1, 2) Dan se jgħinna nżommu sod mal-​fidi tagħna meta niġu ffaċċjati minn theddid, twaqqigħ għaċ-​ċajt, jew persekuzzjoni diretta. (Fil. 1:27, 28) Se jgħinna nibqgħu sodi wkoll meta nkunu taħt pressjoni biex inċedu milli nżommu mill-​qrib mal-​livelli t’Alla tagħna, Jehovah. Se jsaħħaħna biex inżommu l-​paċi meta oħrajn jaqilgħu l-​ġlied.—Rum. 12:18.

6 Huma x’inhuma d-​diffikultajiet li niffaċċjaw personalment, jalla nipperseveraw f’li nippridkaw l-​aħbar tajba bil-​kuraġġ.—Efes. 6:18-20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja