LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/00 pp. 2-7
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Jannar
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 12/00 pp. 2-7

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Diċembru

Għanja 50

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Jekk il-​kongregazzjoni għandha xi kopji maħżunin tal-​kotba L-​Aqwa Bniedem jew Great Teacher, uri kif dawn jistgħu jintużaw b’mod effettiv fil-​ministeru matul l-​istaġun tal-​vaganzi. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo The Bible​—Accurate History, Reliable Prophecy (Il-Bibbja—Ktieb taʼ Storja Eżatta u Profeziji taʼ Min Joqgħod Fuqhom) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tal-​25 taʼ Diċembru. Dawk li għandhom il-​vidjo jistgħu jisilfuh lil uħud li m’għandhomx, jew forsi jistgħu jarawh magħhom.

15 min: “Ibżaʼ minn Jehovah l-​Ħin Kollu.”a Inkludi l-​ispjegazzjoni taʼ biżaʼ minn Alla mogħtija fi Stenbaħ! tat-​8 taʼ Jannar, 1998, f’paġna 26. Enfasizza l-​benefiċċji sbieħ taʼ li nibżgħu minn Jehovah.

20 min: “Pressjoni minn taʼ Madwarek u l-​Privileġġ Tiegħek li Tippriedka.” Taħdita u intervisti. Stieden lil xi individwi li esperjenzaw pressjoni minn taʼ madwarhom biex jirrakkontaw kif minkejja dan kienu kapaċi jibqgħu attivi fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar.

Għanja 78 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Diċembru

Għanja 94

7 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Iddiskuti fuq fuq l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​25 taʼ Diċembru u l-​1 taʼ Jannar.

8 min: “Programm Ġdid tal-​Jum t’Assemblea Speċjali.” Taħdita. Ħabbar id-​data taʼ l-​assemblea speċjali li jmiss jekk tkun tafha, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi l-​ġurnata kollha. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex jistiednu lil uħud ġodda interessati u lill-​istudenti tal-​Bibbja.

12 min: “L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għas-​Sena 2001.” Taħdita mill-​indokratur taʼ l-​iskola. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex iżomm mal-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa tiegħu u jagħmel sforz kbir biex iwettaq l-​inkarigi fl-​iskola.

18 min: “Tippriedka Int bil-​Kuraġġ?”b Ipprova ħeġġeġ lill-​udjenza tagħmel xi kummenti fuq l-​iskritturi taʼ l-​artiklu. Billi tuża l-​ktieb Our Ministry, paġna 86, uri kif nistgħu niksbu qlubija kbira u nkunu iktar effettivi fis-​servizz taʼ l-​għalqa.

Għanja 124 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Diċembru

Għanja 126

10 min: Avviżi lokali. Stieden lil dawk fl-​udjenza jirrakkontaw xi esperjenzi reċenti li kellhom fl-​attività tagħhom taʼ għoti taʼ xiehda. Irrevedi l-​offerta taʼ letteratura għal Jannar.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.

25 min: “Nitgħallmu mill-​Vidjo The Bible​—Accurate History, Reliable Prophecy.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Offri xi suġġerimenti fuq kif dan il-​vidjo jistaʼ jintuża biex inqanqlu lil oħrajn. (1999 Yearbook, paġni 51-2) Fi Frar se naraw it-​tieni vidjo taʼ din is-​serje, The Bible​—Mankind’s Oldest Modern Book (Il-Bibbja—L-​Eqdem Ktieb li Għadu Japplika għall-​Umanità).

Għanja 151 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Jannar

Għanja 171

8 min: Avviżi lokali. Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek se tbiddel il-​ħinijiet tal-​laqgħat għas-​sena l-​ġdida, b’qalb tajba ħeġġeġ lil kulħadd biex jibqaʼ jattendi għal-​laqgħat regolarment fil-​ħinijiet il-​ġodda. Informaw lill-​istudenti tal-​Bibbja u lil uħud interessati oħrajn dwar kwalunkwe tibdil, u ibdew użaw il-​volantini li juru l-​iskeda l-​ġdida. Ikkummenta dwar ir-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Settembru kemm tal-​pajjiż u kemm tal-​kongregazzjoni lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Diċembru.

17 min: Kif Tipprepara għaż-​Żjajjar Lura. Missier jiddiskuti mal-​familja tiegħu dwar kif jistgħu jkunu iktar produttivi fil-​ministeru tagħhom. Hu jenfasizza xi raġunijiet Skritturali sabiex isegwu l-​interess kollu li jkunu sabu. Billi jużaw xi pariri provduti f’It-Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju, 1999, paġna 22, paragrafu 18, huma jippreparaw biex jagħmlu xi żjajjar lura. Ilkoll jagħrfu l-​fatt li ltaqgħu maʼ ċerti nies li għandhom jerġgħu jżuruhom. Kull wieħed jgħid kif mar fl-​ewwel żjara tiegħu, u l-​oħrajn jissuġġerixxu xi idea u skrittura li jistaʼ juża fiż-​żjara lura. Huma jsibu xi punti mill-​browxer X’Jirrikjedi li jistgħu jintużaw b’mod effettiv. Il-​ġenituri jistiednu wieħed mit-​tfal jipprattika dak li jkun se jgħid fuq iż-​żjara lura. Huma jippjanaw ħin speċifiku meta jkunu se jagħmlu ż-​żjajjar lura matul il-​ġimgħa li ġejja.

20 min: “Se Nistudjaw il-​Ktieb Hena Fil-​Familja.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

Għanja 212 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja