Nitgħallmu mill-Vidjo The Bible—Accurate History, Reliable Prophecy
Wara li tkun rajt dan il-vidjo, tistaʼ twieġeb dawn il-mistoqsijiet? (1) Min hu s-Sors tat-tagħrif taʼ min joqgħod fuqu misjub fil-Bibbja? (Dan. 2:28) (2) Il-Bibbja kif tiddeskrivi b’mod eżatt l-Eġittu tal-qedem, u kif seħħet il-profezija dokumentata f’Isaija 19:3, 4? (3) L-arkeoloġija kif ikkonfermat id-deskrizzjoni tal-Bibbja dwar l-Assirjani, is-slaten tagħhom, u t-tmiem taʼ l-Assirja? (Naħ. 3:1, 7, 13) (4) Liema profeziji li jinvolvu lil Babilonja jagħtu prova li kienu taʼ min joqgħod fuqhom? (5) Liema effett kellha l-Medo-Persja fuq in-nies t’Alla? (6) Kif twettqet l-iskrittura taʼ Danjel 8:5, 8, u kemm kienet ilha li ġiet imbassra minn qabel? (7) Ġesù kif wera li kien il-Messija veru? (8) Liema qawwiet politiċi moderni jwettqu l-profeziji misjubin f’Apokalissi 13:11 u 17:11? (9) Liema xeni mill-vidjo jagħtu prova dwar il-verità taʼ Koħèlet 8:9? (10) Din il-preżentazzjoni kif saħħet it-twemmin tiegħek fil-wegħdi tal-Bibbja għall-futur? (11) Kif tistaʼ tuża din l-għodda sabiex tikkonvinċi lil oħrajn li l-Bibbja għandha oriġini divina?