LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lffi lezzjoni 3
  • Taʼ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Taʼ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Taʼ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Il-Bibbja—Ktieb mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-​Bibbja​—Ktieb Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kif Tista’ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
lffi lezzjoni 3
Lezzjoni 3. Skrolli antiki tal-​Bibbja fuq mejda.

LEZZJONI 03

Ta’ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Il-​Bibbja fiha ħafna wegħdi u tagħti ħafna pariri. Forsi għandek kurżità dwar dak li tgħallem, imma fl-​istess ħin iżżomm lura. Ħa tafda f’wegħdi u pariri minn ktieb antik? Jgħinna dak li tgħid il-​Bibbja? U nistgħu nemmnu dak li tgħid dwar il-​futur? Miljuni ta’ nies hekk jaħsbu. Ninkuraġġuk biex tara għalik innifsek.

1. Veru ġraw l-​istejjer li nsibu fil-​Bibbja?

Il-​Bibbja tgħid li fiha “kliem korrett u veru.” (Ekkleżjasti 12:10) Fiha naqraw dwar nies li kienu jgħixu fil-​passat. (Aqra Luqa 1:3; 3:​1, 2.) Ħafna studjużi jikkonfermaw li xi dati, nies, postijiet, u ġrajjiet importanti jaqblu b’mod eżatt mal-​Bibbja.

2. Il-​Bibbja hi ta’ min joqgħod fuqha għalkemm antika?

Il-​Bibbja spiss semmiet affarijiet li ma kinux jafu bihom dak iż-​żmien. Pereżempju ssemmi affarijiet dwar ix-​xjenza. Ħafna min-​nies f’dak iż-​żmien m’emmnux b’dak li qalet fuq dawn is-​suġġetti. Imma x-​xjenza tal-​lum il-​ġurnata taqbel ma’ dak li tgħid il-​Bibbja. Dak kollu li tgħid hu ‘ta’ min jafdah għal dejjem.’​—Salm 111:​7, 8.

3. Għala nistgħu nafdaw x’tgħid il-​Bibbja dwar il-​futur?

Il-​Bibbja fiha profezijia dwar “l-​affarijiet li ma sarux.” (Isaija 46:10) Il-​Bibbja kienet ilha li qalet b’mod eżatt kif kellhom jiġru ħafna affarijiet. Iddeskriviet ukoll dak li qed naraw fid-​dinja b’ħafna dettalji. F’din il-​lezzjoni, se naraw xi ftit mill-​profeziji tal-​Bibbja. Huwa tal-​għaġeb kemm id-​dettalji huma eżatt!

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif illum ix-​xjenza taqbel mal-​Bibbja, u sir af xi profeziji impressjonanti tal-​Bibbja.

4. Ix-​xjenza taqbel mal-​Bibbja

Fl-​antik, il-​maġġoranza tan-​nies kienu jemmnu li l-​art kienet qiegħda fuq xi ħaġa. Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Id-​Dinja Ma Żżomm Fuq Xejn (1:​13)

Ara xi nkiteb fil-​ktieb ta’ Ġob madwar 3,500 sena ilu. Aqra Ġob 26:​7, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​fatt li l-​Bibbja tgħid li l-​art hi ‘mdendla fuq ix-​xejn,’ għala huwa tal-​għaġeb?

Kien biss madwar 200 sena ilu li rnexxielhom jifhmu sew iċ-​ċiklu tal-​ilma (water cycle). Imma ara x’qalet il-​Bibbja eluf ta’ snin ilu. Aqra Ġob 36:​27, 28, u mbagħad iddiskuti:

  • X’taħseb dwar kif il-​Bibbja tispjega ċ-​ċiklu tal-​ilma?

  • L-​iskritturi li għadek kif qrajt, kif jgħinuk tafda iżjed il-​Bibbja?

Il-​Bibbja tispjega iċ-​ċiklu tal-​ilma. Il-​vleġeġ iduru mix-​xellug għal-​lemin bħalma jdur l-​ilma mill-​art għall-​atmosfera

5. Il-​Bibbja qalet minn qabel affarijiet importanti

Aqra Isaija 44:​27, 28; 45:​1, 2, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​Bibbja x’dettalji qalet 200 sena qabel ma Ċiru rebaħ il-​belt ta’ Babilonja?

Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Il-​Bibbja Qalet X’Kien Se Jiġrilha Babilonja (0:​58)

L-​istorja turi li s-​Sultan Ċiru tal-​Persja u l-​armata tiegħu rebħu l-​belt ta’ Babilonja fil-​539 QK.b Dawn waqqfu l-​ilma tax-​xmara li kien jipproteġi l-​belt. Huma rebħuha mingħajr ma kellhom jiġġieldu għax daħlu fil-​belt mill-​bibien li tħallew miftuħin. Illum, iktar minn 2,500 sena wara, Babilonja qatt ma reġgħet ġiet mibnija. Ejja naraw x’qalet il-​Bibbja.

Aqra Isaija 13:​19, 20, u mbagħad iddiskuti:

  • Din il-​profezija kif saret vera?

Dak li fadal minn Babilonja llum fl-​Iraq

Grupp taʼ Stampi: Stampi tal-​affarijiet li l-​Bibbja qalet dwar ‘l-​aħħar jiem.’ 1. Bini qed jaqbad bin-​nar. 2. Suldat jispara. 3. Nies jiġġieldu kontra l-​pulizija. 4. Żewġt irġiel jisirqu ħanut. 5. Tank tal-​gwerra jattakka belt. 6. Nies bil-​maskla u bil-​ġuħ jistennew biex jieklu. 7. Art niexfa tinqasam. 8. Dar imkissra wara terremot.

6. Il-​Bibbja tkellmet dwar l-​affarijiet li naraw illum

Il-​Bibbja tgħid li qegħdin ngħixu “fl-​aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Innota x’qalet il-​Bibbja dwar dan iż-​żmien.

Aqra Mattew 24:​6, 7, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​Bibbja kif iddeskriviet l-​aħħar jiem?

Aqra t-​2 Timotju 3:​1-​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​Bibbja kif iddeskriviet l-​attitudni tan-​nies fl-​aħħar jiem?

  • Liema attitudni minn dawn qed tara?

ĦAFNA JGĦIDU: “Il-​Bibbja hi ktieb antik li ma jgħoddx għalina.”

  • X’jikkonvinċik li nistgħu nafdaw il-​Bibbja?

XI DDISKUTEJNA?

L-​istorja tal-​bniedem, ix-​xjenza, u l-​profeziji kollha juru li inti tista’ tafda l-​Bibbja.

X’Tgħallimt

  • Il-​Bibbja titkellem dwar fatti jew ħrejjef?

  • X’inhuma xi affarijiet fejn ix-​xjenza taqbel mal-​Bibbja?

  • Taħseb li l-​Bibbja tgħid x’se jiġri fil-​futur? Għala taħseb hekk?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Huma eżatti l-​affarijiet li l-​Bibbja tgħid fuq ix-​xjenza?

“Ix-​xjenza u l-​Bibbja jaqblu?” (Artiklu fuq jw.org)

X’nafu dwar “l-​aħħar jiem”?

“6 Profeziji tal-​Bibbja li Qed Tarahom Jitwettqu” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Lulju 2011)

Tgħallem kif ġraw il-​profeziji tal-​Bibbja dwar l-​Imperu Grieg.

Imsaħħin mill-​“kelma profetika” (5:​22)

Ara kif raġel bidel il-​ħarsa tiegħu lejn il-​Bibbja permezz tal-​profeziji.

“Għalija, Alla ma kienx jeżisti” (It-​Torri tal-​Għassa, Nru. 5 2017)

a Il-​profeziji huma dak li qal Alla dwar il-​futur.

b QK tfisser “qabel Kristu,” u WK tfisser “wara Kristu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja