L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għas-Sena 2001
1 Hemm biżżejjed raġunijiet Skritturali għala lkoll kemm aħna għandna nieħdu sehem bis-sħiħ kemm jistaʼ jkun fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku.—Prov. 15:23; Mt. 28:19, 20; Atti 15:32; 1 Tim. 4:12, 13; 2 Tim. 2:2; 1 Pt. 3:15.
2 Karatteristika li ilha teżisti f’din l-iskola hija l-programm għall-qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa. Din tikkonsisti f’li taqra madwar paġna mill-Bibbja kuljum. B’seħħ minn din is-sena, fil-ġimgħa tar-reviżjoni bil-miktub se jkollna wkoll il-qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa. Il-qari tal-Bibbja supplimentarju, li tniżżel fl-iskeda għal dawn l-aħħar tliet snin, tlesta. Imma jekk tixtieq taqra iktar mill-Bibbja milli hemm imniżżel fl-iskeda, tistaʼ tagħmel programm tal-qari għalik persunali.
3 L-inkarigu Nru. 2 iħarreġ lill-aħwa rġiel għall-qari pubbliku tal-Kelma t’Alla. (1 Tim. 4:13) Meta jkollok l-inkarigu tal-qari, ipprattikah kemm-il darba billi taqra tgħajjat. Tistaʼ tuża l-awdjokasetts tal-Bibbja provduti mis-Soċjetà sabiex ittejjeb il-modulazzjoni tiegħek u l-aspetti l-oħra taʼ qari tajjeb.
4 L-inkarigi Nru. 3 u Nru. 4 huma bbażati fuq il-Bible Topics for Discussion li jinsabu fil-paġni taʼ wara taʼ The New World Translation of The Holy Scriptures (Bi12-E). Jekk il-materjal assenjat ikun fih iktar skritturi milli tistaʼ tikkunsidra fil-ħin li tkun ġejt mogħti, agħżel biss dawk li jkunu l-iktar prattiċi fit-territorju tal-kongregazzjoni tiegħek. Jistaʼ jintuża kwalunkwe setting li jkun xieraq fit-territorju tiegħek.
5 Agħmel kull sforz xieraq sabiex twettaq l-inkarigi kollha tiegħek fl-iskola. Ħu l-ħin biex tipprepara sew, u tkellem mill-qalb. Int se tkun sors taʼ inkuraġġiment għall-kongregazzjoni, u se tibbenefika personalment billi tieħu sehem b’qalbek kollha fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul is-sena 2001.