Għanja 146
Aħrab lejn is-Saltna t’Alla!
1. Fittxu ’l Jehovah, jekk ver’ umlin intom;
Fittxu it-tjieba w li tkunu ġwejdin.
Hekk jistaʼ jkun li hu sejjer jaħbikom
Meta Hu jirrabja fil-ħin.
(Kor)
2. Intom ejjew li bil-ġuħ għall-ġustizzja,
Titnikktux iktar bl-inkwiet u bl-uġigħ.
Fittxu lil Alla; aħarbu l-malizzja;
Kunu sottomessi għalih.
(Kor)
3. Erfgħu irjuskom ’il fuq kollkom tama.
Araw il-prova li s-Saltna qiegħd’ haw’.
Ma ħalliniex, le, Jehovah fil-għama
U, mela, fih biss se nafdaw!
(KOR)
Aħrab lejn t’Alla is-Saltna il-lum;
Man-naħa tiegħu fis mur. (Fittex mur.)
Jekk tgħaġġel tobdi u fih biss tittama
Hu żgur se jagħmlek bħal sur. (Qatt la ddur.)