LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/98 p. 1
  • Aħna Nistgħu Nagħmlu Xogħlijiet Akbar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna Nistgħu Nagħmlu Xogħlijiet Akbar
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • “Morru u Agħmlu Dixxipli”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Naħdmu Lejalment maʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 9/98 p. 1

Aħna Nistgħu Nagħmlu Xogħlijiet Akbar

1 Xogħlijiet li jispikkaw kienu karatteristika tal-​ministeru taʼ Ġesù Kristu. Hu mirakolożament temaʼ lil eluf, fejjaq lil ħafna, u rxoxta lil xi wħud mill-​imwiet. (Mt. 8:​1-17; 14:​14-21; Ġw. 11:​38-44) L-​attività tiegħu ġibdet l-​attenzjoni taʼ ġens sħiħ. Madankollu, fl-​aħħar lejla qabel ma miet, hu qal lis-​segwaċi leali tiegħu: “Min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-​opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel.” (Ġw. 14:12) Kif nistgħu nagħmlu xogħlijiet “akbar”?

2 Billi Nkopru Iktar Territorju: L-​isfera taʼ l-​attività taʼ Ġesù kienet limitata għall-​Palestina, fil-​waqt li d-​dixxipli bikrin tiegħu ntqalilhom biex jagħtu xiehda “sa truf l-​art,” ħafna iktar lil hinn minn fejn ippriedka Ġesù nnifsu. (Atti 1:8) Ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar li beda hu, issa huwa globali u jkopri 232 pajjiż. (Mt. 24:14) Qiegħed int tieħu sehem bis-​sħiħ f’li taħdem it-​territorju assenjat lill-​kongregazzjoni tiegħek?

3 Billi Nilħqu Iktar Nies: Ġesù ħalla warajh relattivament ftit dixxipli biex ikomplu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Madankollu, bħala riżultat taʼ l-​għoti taʼ xiehda tagħhom biż-​żelu f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K., dawk li ħaddnu l-​verità u tgħammdu f’dik il-​ġurnata ammontaw għal xi tlett elef ruħ. (Atti 2:​1-11, 37-41) Il-​ġbir taʼ dawk “disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem” baqaʼ sejjer sa żmienna, meta issa qegħdin ngħammdu medja taʼ iktar minn 1,000 kull ġurnata. (Atti 13:​48, NW) Qiegħed int tagħmel kulma tistaʼ biex tilħaq lil nies taʼ qalb onesta kulfejn jistgħu jinstabu u ssegwi l-​interess mill-​iktar fis possibbli?

4 Billi Nippridkaw għal Żmien Ferm Itwal: Il-​ministeru taʼ Ġesù fuq l-​art kien limitat għal tliet snin u nofs. Il-​biċċa l-​kbira minna ilna nippridkaw iktar minn hekk. Ikun kemm ikun twil iż-​żmien li nitħallew inkomplu dan ix-​xogħol, aħna grati li ngħinu lil kull dixxiplu ġdid jaqbad it-​triq li twassal għall-​ħajja. (Mt. 7:14) Qiegħed int kull xahar tħabrek ħafna fix-​xogħol tal-​Mulej?​—1 Kor. 15:58.

5 Nistgħu nibqgħu fiduċjużi li billi Ġesù jappoġġana, aħna se nagħmlu xogħlijiet jerġaʼ akbar bħala d-​dixxipli veri tiegħu.​—Mt. 28:​19, 20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja