LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/98 p. 1
  • Sir Af lil Ħutek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sir Af lil Ħutek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Kun Af lil Ħutek Sew
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Min Huma Ħutna?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ħobb Iktar lil Ġeħova u lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 9/98 p. 1

Sir Af lil Ħutek

1 Il-​Bibbja tiddeskrivi ħabib veru bħala individwu li jintrabat miegħek iktar minn ħuk, li l-​imħabba u l-​lealtà tiegħu huma kostanti, u li jiġi għall-​għajnuna tiegħek matul żmien l-​hemm. (Prov. 17:17; 18:24) Mhux se jonqos li jkollna ħbieb bħal dawn ġewwa l-​kongregazzjoni jekk nagħmlu l-​isforz biex insiru nafu u nħobbu lil xulxin.​—Ġw. 13:35.

2 Qabel u wara l-​laqgħat għandna opportunitajiet mill-​aħjar biex insiru nafu lil ħutna. Għala ma tasalx kmieni u wara ddum ftit sabiex tkun tistaʼ tgawdi sħubija kordjali u ferriħija? Fittex varjetà t’aħwa biex titħaddet magħhom, inkluż uħud ixjeħ li għandhom iktar esperjenza u wħud iżgħar jew daqsxejn mistħija.

3 Aqbad Konversazzjonijiet: Agħmel iktar milli kemm kemm issellem lil ħutek u daqshekk. Tistaʼ taqbad konversazzjoni billi taqsam xi esperjenza dwar il-​ministeru taʼ l-​għalqa, xi punt interessanti f’rivista reċenti, jew xi kumment dwar il-​laqgħa li tkun għadha kemm spiċċat. Tistaʼ titgħallem ħafna dwar ħutek jekk tkun semmiegħ tajjeb, billi tinkuraġġihom jitkellmu dwar l-​esperjenzi tagħhom u l-​affarijiet li qed jitgħallmu. Sempliċement billi ssaqsihom kif saru jafu lil Jehovah jistaʼ jikxef ħafna affarijiet. F’ħajjithom, xi wħud għaddew minn esperjenzi li jsaħħu l-​fidi, waqt li oħrajn issa stess qed jissaportu sitwazzjonijiet li ħafna minna forsi lanqas biss nimmaġinawhom. Jekk nirrealizzaw dan se niġu megħjunin, bħala ħbieb veri, biex inkunu konxji tal-​bżonnijiet t’oħrajn u ngħinuhom.

4 Siru Ħbieb taʼ Xulxin: Wara l-​mewt tat-​tifla tagħha, waħda oħt sabitha diffiċli li tkanta l-​għanjiet tas-​Saltna li kienu jsemmu l-​irxoxt. Hi tiftakar: “Darba minnhom, waħda oħt li kienet bil-​qiegħda n-​naħa l-​oħra tal-​passaġġ ratni nibki. Hi ġiet ħdejja, dawret driegħha madwari, u kantat il-​bqija taʼ l-​għanja miegħi. Veru ħassejtni mimlija b’imħabba għall-​aħwa u fraħt li konna attendejna l-​laqgħat, billi rrealizzajt li hemmhekk konna se nsibu l-​għajnuna, hemm fis-​Sala tas-​Saltna.” Għandna nsiru ħbieb taʼ ħutna billi noffrulhom faraġ meta jkun hemm bżonn u inkuraġġiment il-​ħin kollu.​—Lhud 10:​24, 25.

5 Hekk kif din id-​dinja qadima ssir dejjem iżjed oppressiva, ejjew inkunu ddeterminati li nsiru nafu lil ħutna aħjar. Dan it-​tpartit taʼ inkuraġġiment ġenwin se juri li jkun barka għal kulħadd.​—Rum. 1:​11, 12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja