LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/98 p. 2
  • Laqgħat Tas-servizz Għal Settembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat Tas-servizz Għal Settembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Settembru
  • (Din il-​ġimgħa mhux se jkun hemm laqgħa minħabba l-​konvenzjoni distrettwali li se tinżamm fi tmiem il-​ġimgħa)
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 9/98 p. 2

Laqgħat Tas-​servizz Għal Settembru

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Settembru

(Din il-​ġimgħa mhux se jkun hemm laqgħa minħabba l-​konvenzjoni distrettwali li se tinżamm fi tmiem il-​ġimgħa)

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Settembru

Għanja 160

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Semmi li se nibdew nistudjaw il-​browxer X’Jirrikjedi l-​ġimgħa d-​dieħla fl-​istudju tal-​ktieb. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jipprepara bil-​quddiem u jattendi kull sessjoni sabiex isir familjari mal-​browxer u jitgħallem kif jistudjah maʼ ħaddieħor.

20 min: Kif Morna s-​Sena l-​Oħra? Is-​segretarju u l-​indokratur tas-​servizz jirrevedu r-​rapport tas-​servizz tal-​kongregazzjoni u l-​figuri taʼ l-​attendenza għal-​laqgħat tas-​sena li għaddiet. Huma jiġbdu l-​attenzjoni lejn aspetti pożittivi tar-​rapport u jiffokaw fuq affarijiet li jistaʼ jsir titjib fihom. Kien hemm parteċipazzjoni mija fil-​mija fis-​servizz matul Awissu? Iddiskuti liema miri se jikkonċentraw fuqhom l-​anzjani fix-​xhur li ġejjin, inkluż li jgħinu lil kulħadd isir pubblikatur regulari. Aqsam punti addattati mill-​aħħar rapport taʼ l-​indokratur tas-​circuit.

15 min: “Aħna Nistgħu Nagħmlu Xogħlijiet Akbar.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex ipoġġi miri raġunevoli għas-​sena taʼ servizz ġdida u biex jaħdem iebes ħalli jilħaqhom.​—Ara Our Ministry, paġni 116-18.

Għanja 144 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Settembru

Għanja 122

10 min: Avviżi lokali u dawk mill-​Ministeru tas-​Saltna. Irrevedi l-​kaxxa “Suġġeriment.”

15 min: “Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn.” Anzjan jispjega kif flimkien mat-​taħriġ ipprovdut fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, sar ftehim biex il-​pijunieri jgħinu lil oħrajn personalment fil-​ministeru. Hu jqajjem mistoqsijiet ibbażati fuq l-​artiklu u jistieden lill-​udjenza biex tikkummenta, speċjalment il-​pijunieri u l-​pubblikaturi li kienu involuti f’dan il-​programm. Ikkunsidra kif jistgħu jinkisbu l-​aħjar riżultati. Il-​pijunieri jistgħu jirrakkontaw kif huma ħadu pjaċir u bbenefikaw billi ħadu sehem f’li jgħinu lil oħrajn. Il-​pubblikaturi li ġew megħjunin jistgħu jgħidu kif huma japprezzaw dan il-​provvediment kollu mħabba u jsemmu xi punti li għenuhom jiksbu iktar suċċess u ferħ fil-​ministeru.

20 min: “Sir Af lil Ħutek.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi kummenti fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu, 1989 paġni 3-​4. Inkuraġġixxi lil dawk preżenti biex jieħdu l-​inizjattiva ħalli jsiru iktar midħla taʼ xulxin.

Għanja 34 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Settembru

Għanja 17

12 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz għal Settembru. Stieden lill-​pubblikaturi biex jesprimu kif ġew inkuraġġiti mill-​programm tal-​konvenzjoni distrettwali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jippjana ħalli jagħmel iktar xogħol minn dar għal dar f’Ottubru biex jiżdied it-​tqassim tar-​rivisti. Aħbarijiet Teokratiċi.

20 min: “Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem​—L-​Indokratur tas-​Servizz.” Taħdita mill-​indokratur tas-​servizz. Wara li jirrevedi d-​dmirijiet tiegħu, hu jispjega modi speċifiċi kif il-​kongregazzjoni tistaʼ tikkoopera biex jiżdiedu l-​opportunitajiet u l-​effettività tal-​ministeru lokalment.

13 min: X’Hemm Bżonn biex Pubblikatur tal-​Kongregazzjoni Jkun Tajjeb? Taħdita, b’xi parteċipazzjoni mill-​udjenza. M’hemmx bżonn li wieħed ikollu abbiltajiet jew talenti superjuri; minflok, l-​iktar ħaġa mixtieqa hi li lkoll kemm aħna jkollna attitudni disposta li tirrifletti mħabba, umiltà, żelu, u apprezzament. Stieden lill-​udjenza biex tagħti raġunijiet għala l-​affarijiet li ġejjin huma mixtiqin: (1) spirtu ferrieħi, (2) attendenza u parteċipazzjoni regulari fil-​laqgħat, (3) rieda biex jiġu aċċettati u mwettqin l-​inkarigi, (4) kooperazzjoni maʼ l-​anzjani u maʼ l-​arranġamenti li jsiru għall-​kongregazzjoni, (5) interess sinċier f’li tingħata għajnuna lil oħrajn, u (6) parteċipazzjoni regulari fis-​servizz taʼ l-​għalqa u li jintefaʼ r-​rapport mill-​ewwel kull xahar.

Għanja 25 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja