Għanja 145
Stabru fit-Tul
1. O liem’ eżempju Jehovah s-Sultan
Tana fis-sabar fit-tul!
Hu issaporta tmaqdir ferm kotran
W xorta qatt ma kien mifxul.
Paċenzja wera maʼ Iżr’el fl-antik
U mal-bnedmin kullimkien.
Anki n-“ngħaġ” b’sabru isibu t-tberik
Għax paċenzjuż dejjem kien.
2. La hekk Jehovah mid-dnub lilna jħoll
Billi wera sabar kbir,
Żgur li wkoll aħna li nħfirna ilkoll
Nuru sabar f’kull aġir.
L-frott tal-ispirtu jgħinna fl-ippridkar
Biex il-kliem joħroġ ħanin
U b’sabar kbir ngħidu n-nies sew l-aħbar,
Nuru li aħna ġwejdin.
3. Is-sabar jgħinna nżommu l-unità
U nsaħħu lkoll lil xulxin
Biex nibqgħu b’hekk dejjem fil-verità,
Naqdu ’l Alla ferħanin.
L-imħabba t’Alla u l-għerf li hu pur
Jgħinuna nistabru sew.
Dal-virtujiet għandna bżonnhom fiż-żgur
Biex għal dejjem nithennew.