LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/99 p. 3
  • Tistaʼ Tagħti Daqqa t’Id?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Tagħti Daqqa t’Id?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Inkuraġġixxi lill-Aħwa Nisa fil-Kongregazzjoni Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Tittratta lin-Nisa bħal Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Nisa “li Qegħdin Jitħabtu fil-Mulej”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Saħħaħ l-Imħabba Tiegħek għal Ġeħova u għall-Aħwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 6/99 p. 3

Tistaʼ Tagħti Daqqa t’Id?

1 L-​appostlu Pawlu ta l-​parir lill-​membri tal-​kongregazzjoni biex “kollha jaħsbu f’xulxin.” (1 Kor. 12:25) Għaldaqstant, għandna nuru interess persunali f’xulxin u nkunu lesti li nagħtu l-​għajnuna bl-​imħabba meta tkun meħtieġa. Biex nagħtu eżempju wieħed, xi wħud mill-​aħwa spiritwali nisa fostna qed irabbu lil uliedhom fil-​verità waħedhom. Dawn l-​aħwa qed iġorru t-​tagħbija kollha taʼ responsabbiltà għat-​taħriġ spiritwali taʼ wliedhom. Ċertament li jistħoqqilhom l-​inkuraġġiment b’qalb tajba u l-​assistenza prattika tagħna “skond il-​ħtiġijiet tagħhom.” (Rum. 12:13a, New World Translation) Tistaʼ tagħtihom daqqa t’id?

2 Modi kif Tistaʼ Tgħin: Il-​fatt li toffri li twassal għal-​laqgħat u għall-​assembleat lil dawk li jridu jiddependu mit-​trasport pubbliku jistaʼ jirriżulta f’li dik il-​familja tiffranka finanzjarjament b’mod konsiderevoli. L-​għajnuna li tagħti lil omm biex tieħu ħsieb it-​tfal żgħar tagħha fil-​laqgħat għandha mnejn tfisser li hi tistaʼ tibbenefika iktar bis-​sħiħ mill-​programm. Bl-​istess mod, jekk toffri li tgħinha meta toħroġ lit-​tfal tagħha fis-​servizz taʼ l-​għalqa tkun tistaʼ tipprovdilha ftit serħan. Il-​fatt li turi interess ġenwin fit-​tfal​—billi ssir ħabib tagħhom—​jistaʼ jagħmel ħafna biex jinfluwenza liż-​żgħażagħ tagħna b’mod pożittiv. Darba kultant stedina lil familja b’ġenitur wieħed, biex toqgħod għall-​istudju tagħkom tal-​familja, se tipprovdi inkuraġġiment spiritwali rifreskanti.

3 Kun Diskret: Għandna noqogħdu attenti li ma nimponux l-​għajnuna tagħna fuq xi ħadd li ma jħossx li għandu bżonnha. Lanqas ma rridu nindaħlu fl-​affarijiet persunali taʼ l-​individwu waqt li nagħtu l-​għajnuna meħtieġa. M’għandniex xi ngħidu, aħwa nisa u koppji miżżewġin huma fl-​aħjar qagħda li jgħinu lil oħt fil-​bżonn.

4 Il-​Kristjani kollha huma inkuraġġiti li ‘jsegwu l-​korsa taʼ l-​ospitalità’ lejn xulxin. (Rum. 12:13b, NW) Wieħed mill-​ħafna modi kif nuru l-​imħabba bħal taʼ Kristu li għandna bejnietna hu li nagħtu daqqa t’id lil ħutna spiritwali.​—Ġw. 13:35.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja