LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/99 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 6/99 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja​—Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Il-​browxer Ktieb għan-​Nies Kollha jistaʼ jiġi offrut fejn ikun xieraq. Settembru: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem.

◼ L-​indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Ġunju jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-​kongregazzjoni wara li jkun inqara r-​rapport li jmiss tal-​kontijiet.

◼ L-​uffiċċji tas-​Soċjetà fi Triq il-​Waqqafa, il-​Mosta, huma miftuħin għall-​viżitaturi kull ġimgħa mit-​Tnejn sal-​Ġimgħa bejn l-​10 u l-​11 taʼ fil-​għodu. Nieħdu pjaċir li nilqgħu lill-​viżitaturi imma nitolbuhom li b’qalb tajba jirrispettaw dawn il-​ħinijiet taż-​żjajjar. Ġie nnotat li meta jżuru l-​faċilitajiet tas-​Soċjetà, xi aħwa għandhom it-​tendenza li jilbsu b’mod każwali żżejjed. Ilbies bħal dan m’huwiex xieraq meta nżuru kwalunkwe waħda mid-​djar Betel. F’din il-​kwistjoni, bħal fl-​aspetti l-​oħrajn kollha tal-​ħajja Kristjana tagħna, nixtiequ nżommu l-​istess livelli għoljin li jiddistingwu l-​poplu t’Alla mid-​dinja billi nagħmlu l-​affarijiet kollha għall-​glorja t’Alla. (Rum. 12:2; 1 Kor. 10:31) Il-​ktieb Organized to Accomplish Our Ministry f’paġna 131, paragrafu 2, jgħid: “Ftakar, l-​isem Betel ifisser ‘Dar t’Alla,’ u għalhekk l-​ilbies, id-​dehra u l-​kondotta tagħna għandhom ikunu simili għal dak li hu mistenni minna meta nattendu l-​laqgħat għall-​qima fis-​Sala tas-​Saltna.” Dan l-​istess livell għoli għandhom josservawh kemm il-​pubblikaturi tas-​Saltna mill-​inħawi lokali kif ukoll dawk li jiġu minn postijiet iktar ’il bogħod biex jaraw l-​uffiċċji tas-​Soċjetà fil-​Mosta.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja