Laqgħat tas-Servizz għal Ġunju
Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Aħbarijiet Teokratiċi.
15 min: “Aħna Mgħallmin minn Jehovah.” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Stieden lil dawk fl-udjenza biex isemmu xi wħud mill-benefiċċji li rċivew mill-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, l-Iskola tas-Servizz taʼ Pijunier, l-Iskola tal-Ministeru tas-Saltna, eċċetra. Enfasizza kif dawn għenu lin-nies taʼ Jehovah biex isiru iktar effettivi fil-ministeru.
20 min: “Uża Ħinek b’Mod Effettiv.” Diskussjoni bejn ħu li jikkonduċi l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni u pubblikatur jew tnejn taʼ l-esperjenza biex jirrakkontaw kif iqassmu l-ħin tagħhom biex jieħdu sehem bis-sħiħ kemm jistaʼ jkun fis-servizz taʼ l-għalqa. Huma jispjegaw l-importanza taʼ skeda prattika u jenfasizzaw il-bżonn li jkollhom waħda. Jgħidu kif huma jevitaw affarijiet li jaħlu l-ħin bħal li jibdew tard, ippjanar bil-quddiem ħażin, jew soċjalizzazzjoni żejda waqt il-ministeru. Billi tikkunsidra ċ-ċirkustanzi lokali, offri suġġerimenti prattiċi fuq kif tuża l-ħin b’mod effettiv.
Għanja 48 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Bżonnijiet Lokali.
20 min: “Tistaʼ Tagħti Daqqa t’Id?” Anzjan jikkonduċi diskussjoni maʼ l-udjenza. Inkludi s-suġġerimenti mogħtijin fl-Awake! tat-8 t’Ottubru, 1995, paġni 8-9, dwar kif tingħata l-għajnuna lil ġenituri waħedhom. Stieden lil xi wħud jesprimu l-apprezzament tagħhom għall-assistenza b’imħabba li rċivew minn oħrajn fil-kongregazzjoni.
Għanja 53 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Jekk il-kongregazzjoni għandha xi kopji maħżunin tal-kotba Young People Ask jew Youth, uri kif dawn jistgħu jintużaw b’mod effettiv fil-ministeru matul ix-xhur sajfin, meta x’aktarx li iktar se nsibu adolexxenti d-dar. Irrevedi l-arranġamenti għas-servizz taʼ l-għalqa fil-festa pubblika, nhar it-Tlieta 29 taʼ Ġunju.
17 min: Uża Tajjeb il-Vidjos u l-Awdjokasetts tad-Drama. Jistgħu l-10 vidjos u l-11-il awdjokasett tad-drama li pprovdiet is-Soċjetà jintużaw aħjar? Int u l-familja tiegħek smajtu jew rajtu kull wieħed minnhom? Irrevedi diversi titli, billi tiġbed l-attenzjoni lejn kif dawn jistgħu jsebbħulna l-qari tagħna tal-Bibbja, isaħħulna l-ispiritwalità tagħna, u jagħtu xiehda mill-aħjar għall-verità. Semmaʼ biċċiet qosra minn żewġ awdjokasetts jew tlieta. Itlob lil dawk fl-udjenza jikkummentaw dwar liema vidjo jew awdjokasett tad-drama sabuh effettiv b’mod speċjali f’li jinkuraġġixxi lill-familja tagħhom stess jew f’li jidderieġi lill-uħud ġodda lejn l-organizzazzjoni. Irrakkonta xi esperjenzi li juru riżultati tajbin. (Ara n-1999 Yearbook, paġni 51-2.) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex juża tajjeb il-vidjos u l-awdjokasetts tad-drama.
18 min: “Tara Int id-Dehra taʼ Barra biss?” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Enfasizza r-raġunijiet għala m’għandniex ngħaġġlu biex nifformaw opinjonijiet dwar in-nies li niltaqgħu magħhom. Irrevedi fil-qosor il-lezzjoni li Jehovah għallem lil Ġona, li ġġudika ħażin lil dawk li hu qieshom bħala mhux denji. (Ara t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1997, paġni 14, 15, paragrafi 17-19.) Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar il-varjetà taʼ nies li ltaqgħu magħhom fit-territorju, billi jgħidu kif huma jżommu attitudni pożittiva lejhom u jħallu l-ġudizzju f’idejn Jehovah.
Għanja 77 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Ġunju
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ġunju. Irrevedi l-offerta taʼ letteratura għal Lulju. Uri l-browxers li huma disponibbli lokalment fi provvista suffiċjenti, u issuġġerixxi karatteristika jew tnejn li nistgħu nenfasizzaw fil-preżentazzjonijiet tagħna. Inkludi turija preparata tajjeb.
13 min: Jehovah Għala Jippermetti l-Persekuzzjoni fuq il-Poplu Tiegħu? Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq Jehovah’s Witnesses—Proclaimers of God’s Kingdom, paġni 676-7. Bħalma bassar Ġesù, ‘il-ġnus kollha jobogħduna.’ (Mt. 24:9) Għandna mnejn niffaċċjaw oppożizzjoni meta nieħdu sehem fil-ministeru, nissieħbu maʼ qraba tad-dinja, jew niffaċċjaw lil uħud li m’humiex Xhieda fuq il-post tax-xogħol jew fl-iskola. B’mod pożittiv, il-kelliemi jispjega għala Jehovah jippermetti din il-persekuzzjoni jew oppożizzjoni u kif il-fatt li nissaportuha fl-aħħar mill-aħħar se jwassal għal barkiet.
20 min: Mur Fejn Hemm in-Nies! Taħdita bbażata fuq in-1997 Yearbook, paġni 42-8. Filwaqt li għandna nkomplu nieħdu sehem regolarment fl-għoti taʼ xiehda minn dar għal dar, aħna bil-ħerqa nfittxu opportunitajiet biex nagħtu xiehda informali—f’kull ħin u kullimkien. Irrakkonta xi esperjenzi mill-Yearbook li juru kif oħrajn għamlu hekk u kellhom suċċess tajjeb waqt li kienu fuq tal-linja, huma u mexjin fit-triq jew f’xi bajja, meta avviċinaw il-karozzi pparkjati, meta marru fejn jieqfu t-trakkijiet, billi wżaw it-telefon, u billi kitbu l-ittri. Skond kemm jippermetti l-ħin, stieden lill-membri taʼ l-udjenza jirrakkontaw xi esperjenzi li għandhom huma. Inkuraġġixxi lil kulħadd jieħu vantaġġ minn kull opportunità biex jagħti xiehda kulfejn ikunu n-nies.
Għanja 75 u talba taʼ l-għeluq.