LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/99 p. 1
  • Aħna Mgħallmin minn Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna Mgħallmin minn Jehovah
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • L-Iskejjel Teokratiċi—Evidenza tal-Imħabba taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • L-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali—Bieb Kbir Miftuħ għax-Xogħol
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Skola li l-Gradwati Tagħha Jgħinu lin-Nies Madwar id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 6/99 p. 1

Aħna Mgħallmin minn Jehovah

1 Taħt direzzjoni divina, programm internazzjonali edukattiv issa qed jopera f’233 pajjiż. Xejn milli għandha x’toffri din id-​dinja ma jistaʼ jitqabbel miegħu. L-​Istruttur Grandjuż tagħna, Jehovah, qed jgħallimna għall-​ġid tagħna issa hekk kif jedukana wkoll għall-​ħajja eterna.​—Is. 30:20; 48:17.

2 Skejjel t’Edukazzjoni Divina: Ikkunsidra l-​iskejjel li qed joperaw bħalissa għall-​ġid tal-​poplu taʼ Jehovah. L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, kondotta kull ġimgħa f’xi 87,000 kongregazzjoni, tħarreġ lil miljuni taʼ pubblikaturi tas-​Saltna biex ikunu ministri effettivi taʼ l-​aħbar tajba. Inktibt fiha? Int wieħed fost l-​eluf li attendew għall-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier li ddum ġimagħtejn? Forsi l-​ħtieġa mnaqqsa tas-​sigħat għall-​pijunieri regulari se tippermetti lil iktar uħud biex jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier u jikkwalifikaw biex jattendu għal din l-​iskola. L-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, li ddum xahrejn u li issa hija kondotta fil-​lingwi prinċipali madwar id-​dinja, qed tarma lil anzjani u qaddejja ministerjali mhux miżżewġin biex jieħdu responsabbiltajiet teokratiċi akbar. Minn żmien għal żmien, l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali kollha jirċievu istruzzjoni speċjalizzata fl-​Iskola tal-​Ministeru tas-​Saltna.

3 Faċilitajiet fiċ-​Ċentru Edukattiv tal-​Watchtower f’Patterson, New York, qed jintużaw biex jilqgħu tliet skejjel speċjali, li jipprovdu taħriġ teokratiku avanzat. Il-​kors taʼ ħames xhur taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead) jipprepara lil xi ministri għal xogħol missjunarju f’għalqa barranija. Membri tal-​Kumitat tal-​Fergħa minn madwar id-​dinja jattendu kors taʼ xahrejn fuq l-​organizzazzjoni tal-​fergħa. F’Mejju taʼ l-​1999, beda kors ġdid taʼ xahrejn għal indokraturi li jivvjaġġaw, bi klassi taʼ 48 student mill-​Istati Uniti u l-​Kanada. Il-​qaddejja kollha taʼ Jehovah fl-​aħħar mill-​aħħar jirċievu benefiċċji mill-​aħjar mit-​taħriġ li jipprovdi Jehovah permezz taʼ dawn id-​diversi skejjel.

4 Mgħallmin għal Liema Skop? Membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna afferma: “Il-​programm edukattiv tagħna taʼ bħalissa huwa ddisinjat biex lin-​nies kollha taʼ Jehovah minn kullimkien iġibhom fil-​qagħda mill-​aħjar taʼ maturità deskritta fi Proverbji 1:​1-4.” Jalla Jehovah jkompli jagħti lil kull wieħed u waħda minna “lsien taʼ wieħed jitgħallem.”​—Is. 50:4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja