LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/99 p. 1
  • Tara Int id-Dehra taʼ Barra biss?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tara Int id-Dehra taʼ Barra biss?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Bnedmin taʼ Kull Xorta Se Jiġu Salvati
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Tiġġudikax fuq dak li jidher minn barra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Imita l-Ġustizzja taʼ Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Dehra Persunali Tajba
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 6/99 p. 1

Tara Int id-​Dehra taʼ Barra biss?

1 Hekk kif nieħdu sehem fil-​ministeru pubbliku tagħna, l-​ewwel impressjoni li jkollna taʼ xi nies tistaʼ ġġagħalna nżommu lura milli naqsmu l-​aħbar tajba magħhom. Per eżempju, kif kont tirreaġixxi kieku raġel taʼ xeħta qalila kien iħarislek dejjem b’suspett meta kont iżżur lill-​ġar tiegħu li kien wera interess fil-​verità? Waħda pijuniera li għaddiet minn din l-​esperjenza ddeċidiet li tavviċina lir-​raġel u tkellmu. Hu laqagħha b’mod żorr. Imma, ħaġa taʼ l-​iskantament, qagħad jismaʼ l-​messaġġ tal-​Bibbja u bi ftit eċċitament aċċetta li jistudja. Talli l-​oħt ma ġġudikatx id-​dehra taʼ barra, ir-​riżultat kien li t-​triq infetħet għal dan ir-​raġel u għal martu biex jitgħallmu l-​verità.

2 Waħda oħt oħra għall-​ewwel beżgħet mid-​dehra taʼ raġel żagħżugħ li kellu xagħru twil. Imma hi ppersistiet f’li tagħtih xiehda fil-​qosor kulmeta kien imur fil-​ħanut fejn kienet taħdem. L-​isforzi tagħha pproduċew il-​frott, u r-​raġel żagħżugħ issa huwa Xhud mgħammed. X’se jżommna lura milli nikkonkludu bl-​għaġla li dawn l-​uħud m’humiex se jwieġbu?

3 Nimitaw l-​Eżempju taʼ Ġesù: Ġesù kien jaf li kellu jagħti ħajtu għal kulħadd. Għaldaqstant, id-​dehra esterna taʼ ħaddieħor ma skuraġġitux. Hu rrealizza li saħansitra dawk b’reputazzjonijiet offensivi moralment jistgħu jkunu lesti li jinbidlu jekk jingħataw l-​għajnuna u l-​inċentiv xierqa. (Mt. 9:​9-13) Hu pprova jgħin kemm lill-​għonja u kemm lill-​foqra bl-​istess mod. (Mt. 11:5; Mk. 10:​17-22) Jalla ma niġġudikawx lin-​nies li niltaqgħu magħhom fil-​ministeru mid-​dehra tagħhom taʼ barra billi ma narawx dik li tistaʼ tkun kundizzjoni tajba tal-​qalb. (Mt. 7:1; Ġw. 7:24) X’jistaʼ jgħinna nimitaw l-​eżempju li jispikka taʼ Ġesù?

4 Permezz taʼ l-​istudju tagħna tal-​Bibbja, sirna napprezzaw li l-​Kelma t’Alla għandha l-​qawwa li tbiddel il-​ħsieb, il-​kondotta, u l-​personalità taʼ dak li jkun. (Efes. 4:​22-24; Lhud 4:12) Għalhekk, waqt li nuru attenzjoni xierqa, għandna nżommu attitudni pożittiva u nħallu l-​bqija f’idejn Jehovah, Dak li jaqra l-​qlub tal-​bnedmin.​—1 Sam. 16:7; Atti 10:​34, 35.

5 Jalla l-​fatt li naqsmu l-​aħbar tajba b’mod imparzjali maʼ kull xorta taʼ nies, hi x’inhi d-​dehra tagħhom taʼ barra, jikkontribwixxi għax-​xogħol kbir tal-​ħsad f’dawn l-​aħħar jiem.​—1 Tim. 2:​3, 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja