LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/00 p. 1
  • Nisa “li Qegħdin Jitħabtu fil-Mulej”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nisa “li Qegħdin Jitħabtu fil-Mulej”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • “Nisa li Qed Jaħdmu Iebes fil-Mulej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Inkuraġġixxi lill-Aħwa Nisa fil-Kongregazzjoni Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Tittratta lin-Nisa bħal Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Nisa Kristjani Leali—Aduraturi Prezzjużi t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 2/00 p. 1

Nisa “li Qegħdin Jitħabtu fil-​Mulej”

1 B’dan il-​kliem t’hawn fuq, Pawlu ddeskriva lil Trifena u Trifosa, żewġt aħwa nisa li ħadmu iebes fil-​kongregazzjoni taʼ Ruma. Dwar mara oħra, Persi, hu qal: “Tħabtet ħafna fil-​Mulej.” Hu semma wkoll b’mod favorevoli lil Febi bħala li kienet “taʼ għajnuna għal ħafna.” (Rum. 16:​2, 12) Fl-​Iskrittura, Għażżiela [Dorkas, NW], kienet ġiet identifikata bħala li “tagħmel ħafna opri taʼ karità u għemejjel tajba.” (Atti 9:36) X’barka huma għall-​kongregazzjoni n-​nisa spiritwali!

2 Napprezzawhom aħna lill-​aħwa nisa li jaħdmu iebes fil-​kongregazzjoni tagħna? Huma jagħmlu l-​parti l-​kbira tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar, jikkonduċu l-​biċċa l-​kbira taʼ l-​istudji, u jgħinu ħafna mill-​uħud ġodda. Huma jqattgħu wkoll ħin konsiderevoli f’li jgħinu lit-​tfal jagħmlu progress spiritwali. In-​nisa Kristjani jagħmlu l-​parti tagħhom f’li jibnu l-​ispirtu taʼ mħabba, ferħ, paċi, u żelu fil-​kongregazzjoni. Huma t’appoġġ f’ħafna modi sabiex żwieġhom u membri oħrajn tal-​familja jkunu jistgħu jagħmlu iktar fis-​servizz taʼ Jehovah.

3 Aħwa Nisa fis-​Servizz Full-Time: Fost dawk li jaħdmu iebes ħafna fil-​Mulej hemm l-​aħwa nisa missjunarji, li ħafna minnhom ħadu sehem f’li jiżviluppaw ix-​xogħol f’artijiet barranin. Fil-​kongregazzjonijiet fejn jaqdu żwieġhom, in-​nisa taʼ l-​indokraturi li jivvjaġġaw għandhom ħafna x’jagħmlu fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, billi jinkuraġġixxu lil ħafna aħwa nisa. M’għandniex ukoll ninjoraw l-​aħwa nisa taʼ Betel, li jwettqu servizz sagru b’mod żeluż għall-​appoġġ taʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. U l-​aħwa nisa li huma pijunieri regulari, li permezz taʼ l-​isforzi leali tagħhom f’li jfaħħru lil Alla, qed jgħinu lil eluf jitgħallmu l-​verità.

4 Dawn in-​nisa leali jsibu sodisfazzjon kbir fil-​mod taʼ ħajja tagħhom li jissagrifikaw lilhom infushom. (1 Tim. 6:6, 8) Huma denji taʼ tifħir u taʼ kull inkuraġġiment u appoġġ li nistgħu nagħtuhom.

5 L-​aħwa nisa Kristjani huma taʼ siwi kbir għall-​organizzazzjoni taʼ Jehovah, billi jwettqu servizz leali li huwa taʼ barka għal kulħadd. Jalla nkomplu napprezzaw nisa bħal dawn u nitolbu li l-​barka taʼ Jehovah tkun fuqhom hekk kif jibqgħu “jitħabtu fil-​Mulej.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja