LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/00 pp. 2-7
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Marzu
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 2/00 pp. 2-7

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Frar

Għanja 113

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: “Ippriedka l-​Kelma . . . b’Urġenza.” Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Inkludi xi kummenti mill-​ktieb Our Ministry, paġna 170. Offri xi suġġerimenti prattiċi dwar kif tistaʼ tiżdied l-​attività taʼ l-​ippridkar matul il-​bqija tax-​xitwa.

20 min: “Kif Niżviluppaw l-​Abbiltà li Nirraġunaw.” Taħdita u turija. Spjega għala l-​abbiltà li nirraġunaw hija tant importanti fil-​ministeru u kif tistaʼ tinkiseb. Agħżel żewġ pubblikaturi kapaċi biex jiddiskutu kif għandhom jippreparaw għall-​ministeru billi jsegwu l-​passi li huma mniżżlin f’paragrafu 3 taʼ l-​artiklu u mbagħad juru l-​preżentazzjoni tagħhom.

Għanja 182 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Frar

Għanja 17

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: “Nisa ‘li Qegħdin Jitħabtu fil-​Mulej.’” Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Inkludi xi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Ottubru, 1996, paġni 12-13, paragrafi 18-19. Faħħar mill-​qalb lill-​aħwa nisa għall-​appoġġ tagħhom minn jeddhom, għas-​servizzi taʼ benefiċċju li jagħmlu għal oħrajn, u għall-​attività żeluża tagħhom taʼ l-​ippridkar.

20 min: “X’Jistaʼ Jgħinna biex Inżommu Sħiħ fil-​Fidi?” Taħdita minn anzjan. Aħna qed ngħixu fi żminijiet kritiċi, u lkoll kemm aħna għandna bżonn l-​għajnuna b’xi mod jew ieħor. Irrevedi x’jistgħu jagħmlu l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali sabiex isaħħu lil dawk imdawrin minn problemi skuraġġanti. (Ara s-​sottitlu “Shepherding That Is Upbuilding” fil-​Watchtower, tal-​15 taʼ Settembru, 1993, paġni 21-3.) Spjega kif nistgħu ninkuraġġixxu lil xulxin f’modi li se jagħmluna stabbli spiritwalment.—Rum. 1:​11, 12.

Għanja 82 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Frar

Għanja 46

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Frar. Irrevedi fil-​qosor l-​“Erbaʼ Passi Faċli” biex nużaw il-​fuljetti ħalli nibdew konversazzjonijiet li ġew imniżżlin f’paġna 4 taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna tax-​xahar li għadda. Uri kif il-​fuljett Dinja Ġdida taʼ Paċi jistaʼ jintuża biex nintroduċu l-​ktieb Għarfien. Wara li tistaqsi l-​mistoqsijiet li hemm fl-​ewwel paragrafu tal-​fuljett, aqra l-​ewwel paragrafu f’paġna 3, inkluż Salm 37:29. Jekk jintwera interess, iftaħ il-​ktieb Għarfien f’paġna 5, aqra l-​kaxxa, u offri studju. Dan ix-​xahar, kulħadd għandu jagħmel sforz speċjali biex jibda studji ġodda tal-​Bibbja fid-​dar.

5 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.

12 min: Taħdita bbażata fuq l-​artiklu ‘X’Jistaʼ Jsir dwar l-​Iskuraġġiment?’ minn It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 1999, paġni 28-31.

18 min: “Nippridkaw l-​Aħbar Tajba b’Konvinzjoni Qawwija.” Agħmel introduzzjoni minn qalbek taʼ żewġ minuti jew tlieta bbażata fuq il-​materjal kif ukoll fuq l-​iskritturi ċitati u kwotati f’paragrafi 1 u 2. Imbagħad, kopri paragrafi 3-12 permezz taʼ diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

Għanja 61 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Marzu

Għanja 116

 5 min: Avviżi lokali.

10 min: Bżonnijiet lokali.

10 min: “Oqgħod Attent kif Tismaʼ.” Kap taʼ familja jiddiskuti maʼ martu u maʼ wliedu x’jistgħu jagħmlu biex jibbenefikaw iktar bis-​sħiħ mil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, l-​assembleat, u l-​konvenzjonijiet. Hu jħossu li dawk kollha fil-​familja jistgħu jikkonċentraw aħjar. Huma jirrevedu s-​suġġerimenti mniżżlin u jikkunsidraw kif se japplikawhom wieħed wieħed, billi jinkludu l-​bżonn li jkollhom iktar diskussjonijiet dwar l-​affarijiet li jkunu tgħallmu. Huma jikkunsidraw kif se jirnexxilhom iżommu mad-​deċiżjoni li jkunu ħadu biex kemm jistaʼ jkun ma jitilfu l-​ebda laqgħa jew l-​ebda sessjoni taʼ xi konvenzjoni jew assemblea.

20 min: “Nippridkaw l-​Aħbar Tajba b’Konvinzjoni Qawwija.” Wara li tirrevedi fil-​qosor id-​diskussjoni tal-​ġimgħa l-​oħra taʼ l-​ewwel 12-il paragrafu fl-​insert, ikkonduċi diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba fuq paragrafi 13-24. Agħmel użu tajjeb mill-​iskritturi kwotati u ċitati.

Għanja 186 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja