LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/00 p. 1
  • “Ippriedka l-Kelma . . . b’Urġenza”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ippriedka l-Kelma . . . b’Urġenza”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Żomm Sens t’Urġenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • L-Għelieqi Huma Bojod għall-Ħsad
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Nintensifikaw ix-Xiehda hekk kif Riesaq it-Tmiem
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Kunu Ferħanin fix-Xogħol tal-Ħsad!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 2/00 p. 1

“Ippriedka l-​Kelma . . . b’Urġenza”

1 Jekk tirċievi xi ħaġa mmarkata “URĠENTI,” kif tqisha? Il-​kelma “urġenti” tfisser “li titlob għall-​attenzjoni immedjata.” B’raġuni tajba, l-​appostlu Pawlu għallem lill-​Kristjani biex ‘jippridkaw il-​kelma b’urġenza.’ (2 Tim. 4:​2, New World Translation) Tirreaġixxi int billi tagħti lil dan ix-​xogħol l-​attenzjoni immedjata tiegħek?

2 Forsi lil Pawlu kienu rrapportawlu li xi wħud minn ħutu kienu qed juru t-​tendenza taʼ li ‘jħallu l-​ħrara tagħhom tibred’ bħala Kristjani. (Rum. 12:11) Dan illimita r-​riżultati tax-​xogħlijiet tagħhom kif ukoll il-​ferħ li kieku setgħu jiksbu milli jgħinu lil oħrajn.

3 Il-​Ħarsa taʼ Ġesù dwar il-​Ministeru: Kemm kien jitgħaxxaq Ġesù jwettaq il-​ministeru tiegħu! Hu qal: “L-​ikel tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda taʼ min bagħatni u li nwassal fit-​tmiem l-​opra tiegħu.” L-​eżempju taʼ Ġesù qanqal lid-​dixxipli tiegħu, li lilhom hu inkuraġġiehom billi qalilhom li “l-​għelieqi bjadu għall-​ħsad.” (Ġw. 4:​34, 35) Is-​sens t’urġenza li hu wera matul il-​ministeru tiegħu kien evidenti meta qal lid-​dixxipli tiegħu biex ‘jitolbu lil Sid il-​ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-​ħsad tiegħu.’ (Mt. 9:38) Ġesù kien konxju tal-​fatt li l-​inkarigu tiegħu kien biex jippriedka, u kien determinat li ma jħalli xejn iżommu milli jagħmel dan.

4 Xi Ngħidu Dwarna? Illum, hemm urġenza akbar minn qatt qabel biex nimxu ’l quddiem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. F’ħafna partijiet tad-​dinja, l-​għelieqi huma lesti għall-​ħsad. Saħansitra f’artijiet fejn jidher li ngħatat xiehda bir-​reqqa, eluf qed jitgħammdu kull sena. Peress li t-​tmiem taʼ din is-​sistema t’affarijiet qed joqrob b’mod mgħaġġel, hemm x’‘inħabirku fix-​xogħol tal-​Mulej.’ (1 Kor. 15:58, NW) Iktar minn qatt qabel, issa huwa vitali li nitħabtu b’mod vigoruż f’li naqsmu l-​messaġġ tas-​Saltna m’oħrajn.

5 Ejja nintefgħu b’ruħna u b’ġisimna f’li nilħqu lil oħrajn bl-​aħbar tajba, kemm minn dar għal dar kif ukoll kulfejn nistgħu nsibu lin-​nies fit-​territorju tagħna. Billi nieħdu sehem bis-​sħiħ kemm jistaʼ jkun fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, aħna nuru biċ-​ċar li nkunu poġġejna s-​Saltna fl-​ewwel post f’ħajjitna. (Mt. 6:33) Il-​fedeltà tagħna f’li nippridkaw il-​kelma b’urġenza se ġġibilna ħafna ferħ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja