Nagħtu Xiehda—Sa Truf l-Art
Min huma wisq probabbli dawk li jaraw il-vidjo To the Ends of the Earth (Sa Truf l-Art) għal darba wara l-oħra? Dawk li għandhom il-mira li jsiru missjunarji. Għala? Biex isiru familjari maʼ l-Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). Il-vidjo mmarka l-50 anniversarju minn mindu bdiet din l-iskola unika li nħolqot biex ix-xogħol taʼ l-għoti taʼ xiehda jinfirex sat-“truf kollha taʼ l-art.” (Salm 22:28 [22:27, NW]) Meta tara dan il-vidjo se jiżdiedlek l-apprezzament għax-xogħol tant importanti taʼ l-ippridkar taʼ l-aħbar tajba u se jqanqlek biex iżżid l-attività tiegħek. Ikkunsidra dan: (1) Mill-bidu tas-snin 40 tas-seklu l-ieħor, x’kien sar taʼ importanza ewlenija fl-organizzazzjoni taʼ Jehovah? (Atti 1:8) (2) Fl-1942, liema profezija Biblika li tispikka kienet qed isseħħ, u kif kienet l-attenzjoni tagħna ffokata fuq xi ħaġa differenti minn dik tad-dinja in ġenerali? (Apk. 17:8; w-MT89 7/15 pġ. 12 par. 12) (3) Liema pjanijiet saru biex jittieħed vantaġġ mill-perijodu taʼ paċi mistenni wara t-Tieni Gwerra Dinjija? (jv pġ. 522 pari. 1-2) (4) Liema kwalitajiet tammira fl-istudenti taʼ l-ewwel klassi taʼ l-Iskola taʼ Gilgħad? (5) Fl-ewwel 50 sena taʼ Gilgħad, kemm iggradwaw studenti, u lejn kemm-il pajjiż intbagħtu? (6) Kemm fil-fatt jieħdu edukazzjoni mill-Bibbja l-istudenti? (7) X’inhu li jagħmel missjunarju u għalliem tajjeb tal-Kelma t’Alla? (8) Kif inhi l-ħajja taʼ missjunarju, u liema sfidi jridu jiġu ffaċċjati? (9) Il-missjunarji kif iħossuhom dwar il-mod taʼ ħajja tagħhom, u liema ferħ speċjali jiġi mill-ħajja taʼ sagrifiċċju li jgħixu? (10) X’wettqu s’issa l-eluf taʼ missjunarji? Agħti eżempji. (11) Kif tħossok dwar l-aħwa li marru sat-“truf kollha taʼ l-art” biex jippridkaw? (12) L-eżempju li jagħtu l-missjunarji xi jħeġġek tagħmel, u għala?