Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Biex tbiddel tistaʼ tuża bħala offerta Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art jew Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Frar: Kwalunkwe ktieb ieħor li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-2001 maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura għal Diċembru. Il-volumi llegati se jkunu disponibbli biċ-Ċiniż, Franċiż, Grieg, Ġappuniż, Ġermaniż, Ingliż, Kroat, Pollakk, Portugiż, Rumen, Russu, Spanjol, u Taljan. Sakemm l-volumi llegati jkunu disponibbli u jitlestew il-konsenji, dawn se jidhru bħala “Pending” fil-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-volumi llegati huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Jekk jogħġobkom innotaw li l-Mafkar għas-sena 2003 se jkun nhar l-Erbgħa, 16 t’April, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. L-anzjani għandu jkollhom ftehim mal-maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-bini sabiex l-osservanza tal-Mafkar tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u bl-ordni. Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, meta taħtar kelliemi għall-Mafkar, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tagħżel wieħed mill-iktar anzjani kwalifikati minflok ma tagħżel lil min imissu jew tuża lill-istess ħu kull sena. Jekk hemm anzjan kapaċi mill-midlukin li jistaʼ jagħti t-taħdita, għandu jintgħażel hu.