LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/01 pp. 5-6
  • Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Mnisteru Teokratiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Mnisteru Teokratiku
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 12/01 pp. 5-6

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Mnisteru Teokratiku

Reviżjoni mingħajr l-​użu tal-​kotba fuq il-​materjal mgħoddi fl-​inkarigi taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​ġimgħat mit-​3 taʼ Settembru sat-​24 taʼ Diċembru, 2001. Uża karta separata biex tikteb it-​tweġibiet tal-​mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-​ħin assenjat.

[Nota: Matul ir-​reviżjoni bil-​kitba, il-​Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-​referenzi li ssib wara l-​mistoqsijiet huma għar-​riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-​numru tal-​paġna u tal-​paragrafu ma jidhrux fir-​referenzi kollha għal It-​Torri taʼ l-​Għassa.]

Wieġeb kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:

1. Ir-ruħ tpoġġiet fil-​bnedmin meta ġew maħluqin fil-​bidu. [td 10B]

2. Salm 58:5 (58:​4, NW) jindika b’mod korrett li l-​lifgħa [“kobra,” NW] għandha ‘widnejn’ li ma jaħdmux għaliex hija magħmula truxa. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara Rbi8 pġ. 1583.]

3. Il-“ħafna” nisa msemmijin f’Salm 68:12 (68:​11, NW) kienu lsiera nisa li kienu barranin u li ġew meħlusin mill-​jasar mill-​irġiel taʼ Iżrael meta dawn kienu jikkonkwistaw lil ġnus għedewwa. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 10/15 pġ. 30 par. 6.]

4. Fil-futur Jehovah se jeqred l-​art letterali flimkien man-​nies ħżiena li jgħixu fuqha. [td 12B]

5. Ir-rimarka taʼ Pawlu “qis li ħadd ma jmaqdrek għax inti żagħżugħ” tindika li Timotju kien għadu adolexxent jew kellu ftit iktar minn 20 sena. (1 Tim. 4:12) [w-MT99 9/15 pġ. 29 pari. 1-3; pġ. 31 par. 2]

6. Kif insibu f’Salm 110:​1, il-​kelma “Sidi” tirreferi għal Ġesù. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w94 6/1 pġ. 28 par. 5.]

7. Fil-ktieb tas-​Salmi, l-​isem Jehovah jidher xi 700 darba, u l-​forma mqassra “Jah,” 43 darba, biex b’hekk l-​isem divin jissemma, bejn wieħed u ieħor, 5 darbiet f’kull Salm. [si pġ. 104 par. 23]

8. Hemm ħafna triqat li jwassluk biex taqdi lil Jehovah b’mod aċċettabbli. [td 19A]

9. Studju tal-​ktieb tal-​Proverbji huwa, fil-​fatt, studju taʼ l-​għerf taʼ Salamun innifsu. [si pġ. 106 par. 1]

10. Il-parir tal-​Bibbja, li nsibu fi Proverbji 21:​17, biex nevitaw li ‘nħobbu x-​xalar’ jindika li huwa ħażin li tiddeverti għaliex dan jiħodlok il-​ħin minn affarijiet iktar importanti. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w97 10/1 pġ. 27 par. 7.]

Wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

11. X’punt ħareġ Ġesù bit-​twiddiba li ta bil-​ħlewwa lil Marta? (Lq. 10:​40, 41) [w-MT99 9/1 pġ. 30 par. 7]

12. Jehovah lejn liema “sebħ” ħadu lis-​salmista? (Salm 73:24) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 12/15 pġ. 28 par. 3.]

13. Is-salmista liema ħarsa lejn il-​privileġġi taʼ servizz jesprimi kif insibuha f’Salm 84:​2-4 (84:​1-3, NW)? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 4/1 pġ. 8 pari. 5-7.]

14. Liema skritturi juru li hija s-​Saltna t’Alla li se ġġib soluzzjoni permanenti għall-​mard fiżiku? [td 14B]

15. Ladarba l-​Kristjani tal-​bidu kienu jemmnu fir-​Renju Millennjali taʼ Ġesù kif jissemma fil-​ktieb taʼ l-​Apokalissi, liema influwenzi wasslu biex maż-​żmien dan it-​tagħlim divin jiġi rifjutat mill-​Kristjani apostati? [w-MT99 12/1 pġ. 6 par. 3–pġ. 7 par. 5]

16. Liema limiti fuq li juru “interess persunali” f’nies oħrajn għandhom josservaw il-​Kristjani? (Flp. 2:​4, NW) [w-MT99 12/1 pġ. 29 par. 1]

17. Xi jrid ifisser meta Salm 128:3 jsemmi li l-​ulied huma “bħal xitel taż-​żebbuġ” madwar mejda taʼ raġel? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT00 8/15 pġ. 30 par. 4.]

18. Jekk insibu li x-​xogħol t’Alla jqanqal il-​biżaʼ, dan kif se jeffettwana? (Salm 139:14) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara l-​browxer t’artikli taʼ studju mit-​Torri taʼ l-​Għassa bl-​Ingliż tas-​sena 1993, pġ. 16 par. 18.]

19. Proverbji 5:​3, 4 għala jitkellem dwar il-​konsegwenzi taʼ l-​immoralità bħala li huma ‘morri daqs l-​assenzju’ u ‘jaqtgħu daqs sejf b’żewġt ixfra’? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT00 7/15 pġ. 29 par. 2.]

20. Fi qbil maʼ Proverbji 14:​29, id-​dixxerniment kif jistaʼ jgħinna nevitaw il-​konsegwenzi tan-​nuqqas taʼ paċenzja u tar-​rabja mhix kontrollata? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 4/1 pġ. 13 pari. 7-8.]

Ipprovdi l-​kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:

21. Il-Kristjani kollha għandhom jagħżlu “l-​aħjar sehem” billi jpoġġu ․․․․․․․․. [w-MT99 9/1 pġ. 31 par. 3]

22. L-iskop tal-​Proverbji huwa doppju—li jagħtu ․․․․․․․․ u li jipprovdu ․․․․․․․․. (Prov. 1:​1-4) [w-MT99 9/15 pġ. 13 par. 1]

23. Il-“kenn [“post sigriet,” NW] taʼ l-​Għoli” huwa post taʼ ․․․․․․․․ għal dawk li huma fuq in-​naħa t’Alla fil-​kwistjoni tas-​․․․․․․․․; huwa sigriet, jew mhux magħruf, għal dawk li ․․․․․․․․. (Salm 91:1) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 12/15 pġ. 29 par. 6.]

24. Li ‘ma ninsewx il-​ġid kollu li Jehovah għamel magħna’ hu marbut b’mod evidenti maʼ li ․․․․․․․․ fuq ‘il-​ġid li għamel,’ l-​atti tiegħu taʼ qalb tajba bl-​imħabba kif deskritti f’Salm 103. (Salm 103:2) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 5/15 pġ. 21 pari. 5-6.]

25. Proverbju huwa qawl konċiż li juża ․․․․․․․․ u hu disinjat biex ․․․․․․․․. [si pġ. 107 par. 6]

Agħżel it-​tweġiba korretta f’kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:

26. Għalkemm kellu raġun jinkorla minħabba t-​trattament li esperjenza minn Sawl, David ikkontrolla lilu nnifsu għaliex (irrea­lizza li Sawl kien imperfett u li l-​qaddejja t’Alla jridu jaħfru; kellu r-​relazzjoni tiegħu maʼ Jehovah ċara f’moħħu; kien jaf li kien ħażin li jiġġudika). (1 Sam. 24:​6, 15) [w-MT99 8/15 pġ. 8 par. 7]

27. (L-Għerf huwa; id-​Dixxiplina hija; it-​Tjieba hija) taħlita taʼ ħafna fatturi, li jinkludu l-​fehma, id-​dehen, l-​għaqal, u l-​abbiltà tal-​ħsieb; (it-tjubija hija; il-​fehma hija; il-​ġudizzju tajjeb huwa) l-​abbiltà li wieħed janalizza kwistjoni u jagħraf minn xiex inhi komposta billi jifhem il-​konnessjonijiet bejn il-​partijiet tagħha u l-​kwistjoni kollha kemm hi, u b’hekk jieħu s-​sens tagħha. (Prov. 1:​1-4) [w-MT99 9/15 pġ. 13 par. 2]

28. Is-saħħa taʼ Ġużeppi biex jirreżisti t-​tentazzjonijiet immorali taʼ mart ­Potifar ġiet (mill-għarfien li kellu dwar il-​Liġi taʼ Mosè, li kkundannat iż-​żína; minn biżaʼ bnin mill-​pożizzjoni importanti taʼ żewġha; mill-​fatt li kien jistma r-​relazzjoni tiegħu maʼ Jehovah). (Ġen. 39:​7-9) [w-MT99 10/1 pġ. 29 par. 3]

29. Il-kittieb taʼ Salm 119 ovvjament kellu apprezzament profond lejn (il-kelma, jew liġi, t’Alla li tissemma; ir-​rigal tal-​ħajja li jissemma; il-​prospett taʼ salvazzjoni li jissemma) fi kważi l-​versi kollha tas-​salm. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 11/1 pġ. 9 par. 5; w87 3/15 pġ. 24 par. 2.]

30. Fl-ewwel żewġ kapitli taʼ l-​ittra taʼ Pawlu (lir-Rumani; lill-​Galatin; lil-​Lhud), insibu għadd taʼ kwotazzjonijiet mis-​Salmi dwar (il-pożizzjoni superjuri; il-​magħmudija; il-​ministeru fuq l-​art) taʼ Ġesù Kristu. [si pġ. 105 par. 28]

Qabbel l-​iskritturi li ġejjin maʼ l-​istqarrijiet miktubin taħt:

Prov. 2:19; 14:15; 18:17; Rum. 5:12; Lhud 13:18

31. Id-dnub u l-​mewt għaddew minn nisel għal ieħor mid-​dnub oriġinali taʼ Adam ’l hawn. [td 10A]

32. Il-Kristjani ma jistgħux jadottaw prattiċi taʼ negozju li huma diżonesti jew li jinjoraw l-​interessi leġittimi taʼ l-​oħrajn. [w-MT99 9/15 pġ. 10 par. 2]

33. Dawk li jikkommettu l-​immoralità sesswali jistgħu jaslu sal-​punt fejn ma jkunux jistgħu jerġgħu lura, prinċipalment il-​mewt, qabel ma jkun possibbli li jirkupraw. [w-MT99 11/15 pġ. 27 pari. 4-5]

34. Bniedem għaref u li għandu d-​dixxerniment jiżen il-​konsegwenzi taʼ l-​azzjonijiet tiegħu u ma jsegwix b’għajnejh magħluqin xi moda ġdida sempliċement għaliex tkun popolari. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara g94 12/8 pġ. 16 par. 1.]

35. Avolja l-​argument taʼ persuna jistaʼ jidher li hu raġunevoli u korrett, ikun għaqli li tismaʼ ż-​żewġ naħat taʼ kwistjoni qabel ma tasal għal konklużjoni. [si pġ. 111 par. 36]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja