Mur Lura Malajr
Fejn Issib l-Interess
1 “Għada min rah?” Ħafna jafuha din l-idjoma li tħeġġeġ lil dak li jkun biex jagħmel dak li għandu bżonn jagħmel fil-pront. Il-fatt li dan il-prinċipju nistgħu napplikawh fil-ministeru tagħna jidher mill-esperjenza li ġejja.
2 Oħt li ħalliet ktieb maʼ wieħed raġel wegħditu li se tmur lura. Bi żball, siegħa wara oħt oħra marret tħabbat l-istess bieb. Ir-raġel fetaħ il-bieb bil-ktieb f’idejh u qalilha: “Meta għedtli li se terġaʼ tiġi ma ħsibtx li se jkun daqshekk malajr, imma idħol, ninsab lest għall-istudju tiegħi.” Filwaqt li żjara lura daqshekk malajr m’hijiex xi ħaġa tas-soltu, din l-esperjenza turina kemm hu importanti li nkunu pronti biex immorru lura fuq l-interess li nsibu fil-ministeru tagħna mingħajr ħafna dewmien bla bżonn.
3 In-Nies Għandhom Bżonn Iktar Għajnuna: Sabiex ngħinu lin-nies jifhmu l-informazzjoni li hemm f’din il-pubblikazzjoni u japprezzaw li din teffettwa l-ħajja u l-futur tagħhom, hemm bżonn naraw li jkun hemm żjara lura, jekk jistaʼ jkun ftit jiem wara l-ewwel żjara. Kif se nagħmluh dan? Forsi jekk turi lill-individwu li se tmur lura se jgħinek tiddetermina kemm hu verament interessat.
4 Ħejji t-Triq għal Żjara Lura: Mhux dejjem ikun faċli fid-dinja taʼ llum li żżomm impenn f’ċertu ħin, u l-inkwilin jistaʼ ma jiftakarx iżomm l-appuntament. Minkejja dan, jekk int toqgħod attent li tieħu nota tal-ħin għal żjara lura bħal din u mbagħad tkun ċert li tmur lura—wara ftit jiem jekk jistaʼ jkun—int tkun qed twettaq ir-responsabbiltà tiegħek li tieħu l-appuntament bis-serjetà. Jekk l-individwu ma jkunx id-dar, kun żgur li tibqaʼ tipprova tikkuntattjah. Hu jistaʼ jitqanqal jieħu ż-żjara tiegħek bis-serjetà meta jara d-determinazzjoni li għandek biex issibu d-dar.
5 Peress li qatt ma nistgħu nkunu assolutament ċerti mill-interess li juri l-individwu fl-ewwel kuntatt li nagħmlu, ħu nota biex tmur lura anki meta juri li jimpurtah imqar ftit. Ikun taʼ benefiċċju li tmur lura fejn issib interess bħal dan mingħajr dewmien; meta tmur lura tistaʼ tieħu sorpriża sabiħa għax tiġi milqugħ. Mela kun ċert li tmur lura fejn issib l-interess mingħajr dewmien! (km-E 3/92)