Għanja 219
It-Tron taʼ Jehovah fis-Sema
1. Int, O Jehovah, waħdek sovran.
Bil-glorja tiegħek mgħaġġbin, Bit-tron setgħan.
’Dwarek qawsalla smerald ħadran;
Alla safi u ġwejjed, Fis-sliem kotran.
2. ‘Erbgħa w għoxrin xiħ,’ abjad lebsin,
Maʼ Kristu bħala rejiet, U qassisin.
Ifaħħruk l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin;
Jgħidu l’ int għaref, setgħan, Ġust u ħanin.
3. Ragħ’d u sajjetti minnek ġejjin.
Lill-ilħna taʼ verità Nagħrfu qegħdin.
Baħar bħal ħġieġ ċar juri tindif.
Ħa nitnaddfu b’kelmtek stess, Nieħdu t-tagħrif.
4. Din il-viżjoni tqanqal tifħir,
Għaliex int Veru w Qaddis, O Alla Kbir!
Ġesù, li fdiena, issa Sultan;
Permezz tiegħu nersqu lejk B’unur kotran.