Għanja 185
L-Irxoxt—Provvediment taʼ Mħabba t’Alla
1. L-irxoxt li se jsir għall-bnedmin
Hu ħniena l’ hi minn fuq,
Bis-sagrifiċċju taʼ Ġesù
Offrut għal kull maħluq.
Tal-“merħla ċkejkna” l-ewwelnett
Se jiksbu l-ħajja żgur
Fis-sema għal elf sena lkoll
Jaħkmu mal-kbir Sinjur.
2. Hemm ‘sħaba taʼ wħud xhieda’ wkoll
Li se jsiru ħajjin.
“Irxoxt aħjar” li hu grandjuż
Ilkoll huma mwegħdin.
U nittamaw li ‘ngħaġ oħrajn’
Li jmutu f’dan iż-żmien
Irxoxt bikri se jingħataw
Biex jgħixu lkoll flimkien.
3. ’L dawk f’tal-mafkar l-oqbra mdallmin
Ġesù se jsejħilhom
U, bħall-ħalliel li miegħu miet,
Il-ġenna jagħtihom.
F’egħluq il-millennju Kristjan
In-nies jiġu mġarrbin;
Jiġu dawk li sodi jibqgħu
Għal dejjem imberkin.
4. O “fdal” tal-“merħla ċkejkna” u
N-“ngħaġ oħra” obdu s-Sid:
Għidu ’l min tilef ħbieb fil-mewt
Li se jar’hom mill-ġdid.
Ej’ nibqgħu noktru f’xogħlijiet
Tajbin, kif Ġesù qal,
Għax nafu li l-mewt se tintemm
U nieħdu ir-rigal.