Qari Tassew Tajjeb!
Ma taqbilx int li t-titli li ġejjin t’artikli mit-Torri taʼ l-Għassa li ħarġu fil-passat jinstemgħu bħala qari tassew tajjeb?
“God Knows and Protects His Own” (Alla Jaf u Jipproteġi lil Tiegħu)
“Progress Toward Taming the Tongue” (Inkomplu Nagħmlu Progress f’li Lliġġmu Lsienna)
“When Christianity Went Underground” (Meta l-Kristjanità Kienet Prattikata bil-Moħbi)
“Preaching Effectively at the Doors” (Nippridkaw b’Mod Effettiv minn Bieb għal Bieb)
“Answering the Question, Are You Saved?” (Inwieġbu l-Mistoqsija, Int Salvat?)
Dawn l-artikli flimkien maʼ ħafna oħrajn dehru f’The Watchtower matul is-snin 1951 u 1952. Huma dawn antiki wisq biex aħna nibbenefikaw minnhom issa? Ċertament li le! Int għadek tistaʼ tikseb volumi llegati tal-Watchtower bl-Ingliż tas-snin 1951 u 1952. (Jistgħu jinkisbu wkoll xi volumi llegati bl-Ingliż tas-snin 1953 sa l-1959.) Jekk hemm xi pubblikaturi li jixtiequ jiksbu dawn il-volumi llegati tal-Watchtower, huma jistgħu jibagħtu għalihom permezz tal-ħu inkarigat mil-letteratura fil-kongregazzjoni.
L-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għandu jiċċekkja biex jara jekk hemmx xi volumi llegati neqsin mil-librerija tas-Sala tas-Saltna u jordnahom.