Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġeriment f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru. Waqt it-turija spjega kif ix-xogħol tagħna mad-dinja kollha huwa finanzjat.—Ara It-Torri taʼ l-Għassa paġna 2 jew Stenbaħ! paġna 5. lill-familji biex jieħdu sehem flimkien fis-servizz taʼ l-għalqa fi tmiem il-ġimgħa.
15 min: Dawk li Jappoġġaw il-Qima Vera—Dak iż-Żmien u Llum. Taħdita bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 2002, paġni 26-30.
20 min: “Għin lill-Indokratur taʼ l-Istudju tal-Ktieb Tiegħek.”a Trid tingħata minn anzjan li hu indokratur taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 3, inkludi kummenti mill-ktieb Ministry School paġna 70. Faħħar lill-kongregazzjoni għall-modi speċifiċi li bihom tappoġġa l-arranġament taʼ l-istudju tal-ktieb, u bl-imħabba kollha iġbed l-attenzjoni lejn xi aspetti fejn hemm bżonn li jsir xi titjib.
Għanja 114 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Iddiskuti l-kaxxa “Qari Tassew Tajjeb!”
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Taħdita minn anzjan kwalifikat.
25 min: “Il-Kapijiet tal-Familja—Iżommu Rutina Spiritwali Tajba.” Wara introduzzjoni qasira bbażata fuq paragrafi 1-3, ikkonduċi diskussjoni maʼ l-udjenza taʼ paragrafi 4-13. Skond ma jippermetti l-ħin, aqra paragrafi 7, 8, 11, u 12. Inkludi intervista maʼ ġenitur jew tnejn. X’għen lill-familja tagħhom ikollha rutina magħmula bl-ordni għall-attivitajiet spiritwali? Xi sforz kellhom jagħmlu? Kif ibbenefikaw? Ikkonkludi b’kummenti qosra bbażati fuq paragrafu 14. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem b’mod żeluż fis-servizz taʼ l-għalqa fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Għanja 31 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Koppja miżżewġa li qed taħdem flimkien fil-ministeru turi kif jintużaw is-suġġerimenti f’paġna 8 biex jiġu offruti r-rivisti taʼ l-1 taʼ Diċembru u tat-8 taʼ Diċembru. Ir-raġel joffri It-Torri taʼ l-Għassa, u l-mara toffri Stenbaħ!
15 min: “Għarraf lil Oħrajn il-Verità dwar Ġesù.”b Inkludi kummenti mill-ktieb Ministry School, paġna 278. Ħeġġeġ lil kulħadd biex iġib miegħu l-ktieb taʼ gwida għal-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla għal parti “Skola li Tħejjina għal Dak li Hu l-Iktar Importanti fil-Ħajja.”
20 min: “Uri Interess Kollu Mħabba fl-‘Iltiema.’” Ibda b’taħdita taʼ tliet minuti dwar il-ħarsa taʼ Jehovah lejn l-iltiema, ibbażata fuq paragrafu 1 u fuq l-Insight, l-1 Volum, paġna 816. Ikkunsidra l-kumplament taʼ l-artiklu bħala diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Enfasizza modi prattiċi li bihom oħrajn jistgħu jipprovdu l-għajnuna u l-inkuraġġiment. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafi 3-4, inkludi kummenti qosra mill-Awake! tat-8 t’Ottubru, 1995, paġni 8-9.
Għanja 142 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Diċembru
8 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Novembru. Irrivedi fil-qosor xi preżentazzjoni li tistaʼ tintuża meta tkun qed toffri l-ktieb L-Aqwa Bniedem.—Ara Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Ġunju 1998, paġna 8.
12 min: Bżonnijiet lokali.
25 min: “Skola li Tħejjina għal Dak li Hu l-Iktar Importanti fil-Ħajja.” Diskussjoni maʼ l-udjenza li trid tingħata mill-indokratur taʼ l-iskola. Imla lill-kongregazzjoni bl-entużjażmu għall-programm il-ġdid taʼ l-iskola li se jibda f’Jannar. Iġbed l-attenzjoni lejn xi aspetti mill-“Iskeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2003,” fl-insert taʼ Il-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 2002. Semmi dak li hu meħtieġ biex wieħed jinkiteb fl-iskola, bħalma hu mniżżel fil-ktieb Ministry School, paġna 282, u ħeġġeġ lil dawk li għadhom ma nkitbux biex jagħmlu dan jekk jikkwalifikaw.
Għanja 127 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.