LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/03 p. 5
  • Diżabilitati—Madankollu Produttivi Ħafna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Diżabilitati—Madankollu Produttivi Ħafna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Se Jagħtik is-​Saħħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Qed twettaq bis-sħiħ is-servizz tiegħek lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • April—Żmien biex ‘Nitħabtu u Nitqabdu’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Għandek Int ‘Xewka f’Ġismek’?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 6/03 p. 5

Diżabilitati​—Madankollu Produttivi Ħafna

1 Jekk int fost il-​ħafna Xhieda taʼ Jehovah li għandhom diżabilità, xorta jistaʼ jkollok ministeru produttiv ħafna. Fil-​fatt, iċ-​ċirkustanzi tiegħek jistgħu jipprovdu opportunitajiet speċjali għalik biex tagħti xiehda u tinkuraġġixxi lil oħrajn.

2 Opportunitajiet biex Tagħti Xhieda: Ħafna li jkollhom jissieltu b’diżabilità qed jagħtu sehem sħiħ fil-​ministeru. Per eżempju, oħt waħda li l-​abbiltajiet tagħha li timxi u titkellem ġew effettwati bis-​serjetà minħabba operazzjoni sabet li setgħet tieħu sehem fix-​xogħol bir-​rivisti jekk ir-​raġel tagħha jipparkja l-​karozza ħdejn bankina fejn jgħaddu ħafna nies. F’okkażjoni waħda, hi qassmet 80 rivista f’sagħtejn! Iċ-​ċirkustanzi speċjali tiegħek forsi wkoll iġibuk f’kuntatt maʼ nies li kieku jkun diffiċli li nilħquhom. Jekk dan hu l-​każ, ħares lejhom bħala t-​territorju speċjali tiegħek.

3 L-​ippridkar tiegħek jistaʼ jkun effettiv ħafna! Waqt li oħrajn josservaw id-​determinazzjoni tiegħek u l-​effett tajjeb li l-​verità tal-​Bibbja kellha fil-​ħajja tiegħek, forsi jinġibdu lejn il-​messaġġ tas-​Saltna. Iktar minn hekk, meta tiltaqaʼ maʼ nies li għaddejjin minn inkwiet, l-​esperjenza tiegħek fil-​ħajja tistaʼ tippreparak biex tipprovdilhom faraġ mill-​Kelma t’Alla.—2 Kor. 1:4.

4 Int Tistaʼ Ssaħħaħ lil Oħrajn: Ma ġejtx int inkuraġġit bl-​esperjenza taʼ Laurel Nisbet, li kellha toqgħod f’magna li tħaddem il-​pulmun għal 37 sena u madankollu għenet lil 17-il individwu biex jiksbu għarfien eżatt tal-​verità mill-​Bibbja? Bl-​istess mod, l-​eżempju tiegħek jistaʼ jqanqal lil sħabek fit-​twemmin biex jistinkaw fis-​servizz taʼ Jehovah.​—g93 1/22 pġi. 18-​21.

5 Saħansitra jekk iċ-​ċirkustanzi tiegħek iwaqqfuk milli toħroġ fil-​ministeru daqskemm tkun tixtieq, xorta tistaʼ ssaħħaħ lil oħrajn. Ħu wieħed qal: “Jien tgħallimt li saħansitra bniedem b’diżabilità kbira jistaʼ jkun taʼ servizz kbir għal oħrajn. Jien u marti konna qisna speċi t’ankra għal uħud differenti fil-​kongregazzjoni. Minħabba ċ-​ċirkustanzi tagħna aħna dejjem hawn, dejjem disponibbli.” Madankollu, minħabba d-​diżabilità tiegħek, huwa mifhum li mhux dejjem tistaʼ taġixxi fi qbil maż-​żelu tiegħek. Xorta waħda, bi ftit għajnuna jistaʼ jkollok sehem attiv fil-​ministeru. Għalhekk, jekk għandek bżonn xi għajnuna, iżżommx lura milli tiġbed l-​attenzjoni taʼ l-​anzjani jew t’oħrajn fil-​kongregazzjoni li jistgħu jgħinuk.

6 Jehovah jara dak kollu li tagħmel sabiex taqdih, u hu jifraħ bis-​servizz tiegħek b’ruħek kollha. (Salm 139:​1-4) Waqt li tistrieħ fuqu, hu jistaʼ jagħtik il-​qawwa biex ikollok ministeru produttiv ħafna u taʼ skop.—2 Kor. 12:​7-10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja