Noffru Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
◼ “Taħseb li xi darba l-art għad tkun post mimli hena u paċi biex ngħixu fih? [Agħti ċans għal tweġiba, imbagħad iftaħ storja 71 u tkellem dwar il-punti prinċipali minn Isaija 11:6-9 jew Apokalissi 21:3, 4.] Dan il-ktieb fih ħafna tagħlim mill-aqwa ktieb li jeżisti, il-Bibbja.”
◼ “Issibha diffiċli biex tispjega l-Bibbja lil uliedek? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan il-ktieb jistaʼ jgħinek. Ħa nurik kif jistaʼ jgħinek tispjega t-tifsira tat-talba tal-Missierna.” Irrivedi l-punti prinċipali minn storja 91.
◼ Is-suġġeriment li jmiss jistaʼ jintuża mit-tfal meta jippreżentaw il-ktieb lil studenti sħabhom jew lill-għalliema. “X’bi ħsiebek tagħmel fil-vaganzi tas-sajf? [Agħti ċans għal tweġiba.] Għandi ktieb li jien sibtu verament interessanti.” Uri u offri l-ktieb u issuġġerixxi li hu jew hi għandhom mnejn ikunu jixtiequ jaqrawh fil-vaganzi.