LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/05 p. 3
  • Bnedmin taʼ Kull Xorta Se Jiġu Salvati

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bnedmin taʼ Kull Xorta Se Jiġu Salvati
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Tara Int id-Dehra taʼ Barra biss?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Tiġġudikax fuq dak li jidher minn barra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Tħares Int Lejn l-Oħrajn Kif Iħares Lejhom Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Dehra Persunali Tajba
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 4/05 p. 3

Bnedmin taʼ Kull Xorta Se Jiġu Salvati

1. Minn xiex tiddependi r-​reputazzjoni tagħna m’Alla?

1 Il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla fetħet it-​triq għas-​salvazzjoni. Hija r-​rieda taʼ Ġeħova li “bnedmin taʼ kull xorta jiġu salvati u jaslu għall-​għarfien eżatt dwar il-​verità.” (1 Tim. 2:​3, 4) Ir-​reputazzjoni tagħna m’Alla ma tiddependix mir-​razza, l-​istat soċjali, l-​abbiltajiet, jew id-​dehra tagħna taʼ barra, imma mill-​fatt li neżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju tal-​fidwa taʼ Ġesù. (Ġw. 3:​16, 36) Bħala ħaddiema sħab m’Alla, irridu neħilsu minn kull preġudizzju li jistaʼ jinfluwenzana biex niċħdu nies li Ġeħova hu lest li jaċċettahom.

2, 3. X’jistaʼ jgħinna ma niġġudikawx lin-​nies mid-​dehra tagħhom taʼ barra?

2 Tiġġudikax: Ġeħova jara dak li n-​nies huma minn ġewwa, mingħajr malizzja jew parzjalità. (1 Sam. 16:7) Hu jara wkoll il-​potenzjal li għandhom. Għalhekk, hu jara lil dawk li jixtiequ jogħġbuh bħala ġid, jew mixtiqin. (Ħag. 2:7) Naraw aħna lil oħrajn bħalma jarahom Alla?

3 Xi nies li niltaqgħu magħhom fil-​ministeru jistgħu jaħsduna bid-​dehra tagħhom. Għandhom mnejn jilbsu bl-​addoċċ jew indeċenti, ikollhom daqna goffa, jew jilbsu msielet fi mneħirhom jew f’xofftejhom. Xi wħud jistgħu jkunu bla dar. Oħrajn għandhom mnejn jittrattawna bl-​aħrax. Minflok ma niġġudikaw lil dawn l-​uħud bħala li probabbilment qatt ma jistgħu jsiru aduraturi taʼ Ġeħova, irid ikollna attitudni pożittiva, “għax anki aħna darba konna bla sens, diżubbidjenti, [u] imqarrqin.” (Titu 3:3) Jekk nirrealizzaw dan, se nkunu ħerqanin li nippridkaw lil kulħadd, anki lil dawk li mid-​dehra taʼ barra forsi jidhru li ma jistħoqqilhomx.

4, 5. X’nitgħallmu mill-​eżempji taʼ Ġesù u Pawlu?

4 Eżempji taʼ l-​Ewwel Seklu: Ġesù Kristu ħa l-​ħin biex jgħin anki lil dawk li oħrajn setgħu ħassew li m’hemmx tama għalihom. (Lq. 8:​26-39) Għalkemm qatt m’approva l-​ħażen, hu kien jaf li n-​nies setgħu jinqabdu f’ħajja ħażina. (Lq. 7:​37, 38, 44-48) Għalhekk, hu wera l-​mogħdrija, minħabba li “tħassarhom, għax kienu bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.” (Mk. 6:34) Nistgħu aħna nimitaw l-​eżempju tiegħu iktar bis-​sħiħ?

5 L-​appostlu Pawlu ġie mħaġġar, imsawwat, u mitfugħ il-​ħabs. (Atti 14:19; 16:​22, 23) Ġagħlu dan it-​trattament aħrax jirrabja u jikkonkludi li kien qed jaħli l-​ħin fost ċerti ġnus u gruppi etniċi? Lanqas xejn. Hu kien jaf li kien hemm individwi taʼ qalb onesta fost il-​gruppi etniċi kollha, u kien determinat li jsibhom. Għandna aħna l-​istess ħarsa lejn dawk li huma taʼ sfond u kultura differenti fit-​territorju tagħna?

6. X’effett jistaʼ jkollha l-​attitudni tagħna fuq uħud ġodda fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni?

6 Nilqgħu lil Oħrajn Illum: Ħafna wħud mill-​poplu t’Alla huma ferħanin li fil-​kongregazzjoni jiġu milqugħin minn aħwa li m’humiex influwenzati mid-​dehra taʼ barra. Raġel b’daqna goffa, b’xagħar twil sa spallejh, u bi ħwejjeġ maħmuġin, daħal f’Sala tas-​Saltna fil-​Ġermanja. Hu kellu reputazzjoni ħażina. Minkejja dan, fil-​laqgħa hu ġie milqugħ mill-​qalb. Tant baqaʼ impressjonat li ġimgħa wara reġaʼ mar. Fi żmien qasir, hu naddaf id-​dehra tiegħu, waqaf ipejjep, u żżewweġ lill-​mara li kien jgħix magħha. Ma damux biex flimkien maʼ wliedhom bdew jaqdu lil Ġeħova bħala familja magħquda.

7. Kif nistgħu nimitaw lil Alla tagħna li hu imparzjali?

7 Hekk kif nimitaw lil Alla tagħna li hu imparzjali, jalla nistiednu lil kulħadd biex jibbenefika mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.

[Kumment f’paġna 3]

“Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:​34, 35. 

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja