LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/05 p. 1
  • Uri Interess Persunali—Billi Turi Qalb Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri Interess Persunali—Billi Turi Qalb Tajba
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Il-qalb tajba—Kwalità li tintwera b’dak li ngħidu u nagħmlu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Il-Qalb Tajba Tħoll l-Imrar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Għidilhom li tħobbhom
    Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 10/05 p. 1

Uri Interess Persunali—Billi Turi Qalb Tajba

1 Meta ftakret dwar l-​ewwel darba li ltaqgħet max-​Xhieda taʼ Ġeħova, mara li kienet preġudikata kontra x-​Xhieda qalet: “Ma niftakar xejn minn dak li tkellimna dwaru, imma dak li niftakar hu kemm kienet qalbha tajba miegħi, u kemm kienet ospitabbli u umli. Ħassejtni verament miġbuda lejha bħala persuna.” Dawn il-​kummenti jenfasizzaw kemm hu importanti li nuru interess persunali sinċier f’dawk li nippridkawlhom.—Flp. 2:4.

2 L-​Imħabba Hi Qalbha Tajba: Mod wieħed kif nuru l-​imħabba m’oħrajn hu billi nuruhom qalb tajba. (1 Kor. 13:4) Individwu li juri qalb tajba jinteressah b’mod attiv fil-​benesseri taʼ ħaddieħor, u jipprova jagħmel affarijiet biex jgħinhom. M’għandniex xi ngħidu, ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar fih innifsu hu għemil taʼ qalb tajba. Imma l-​interess ġenwin tagħna fin-​nies se jidher iktar ċar meta nagħmlu iktar milli sempliċement nippridkawlhom. L-​imġiba kollha tagħna man-​nies—il-​fatt li nkunu dħulin, nuru manjieri tajbin, il-​mod kif nisimgħu, dak li ngħidu u kif ngħiduh, saħansitra l-​espressjoni taʼ wiċċna meta nkellmu lil oħrajn—se turi jekk jimpurtaniex minnhom verament.—Mt. 8:​2, 3.

3 L-​interess bi mħabba fin-​nies se jqanqalna wkoll biex noffrulhom l-​għajnuna b’modi prattiċi. Meta kien qed jippriedka minn bieb għal bieb, ħu pijunier ġie mkeċċi minn armla anzjana malli saret taf min kien. Hi qaltlu li kienet fuq sellum fil-​kċina tipprova tibdel bozza x’ħin daqq il-​qanpiena. Hu qalilha, “Huwa perikoluż għalik li tagħmel din il-​biċċa xogħol waħdek.” Hi stidnitu jidħol ġewwa. Bidlilha l-​bozza u telaq. Meta bin il-​mara mar jittawlilha ftit ħin wara biex jara kif inhi, hi qaltlu x’kien ġara. Tant impressjona ruħu li mar ifittex lill-​ħu biex jesprimi l-​apprezzament tiegħu. Dan wassal għal konversazzjoni mill-​aqwa, u l-​iben aċċetta studju tal-​Bibbja.

4 Jekk nuru qalb tajba, se nirriflettu l-​imħabba li għandu Ġeħova għan-​nies u se nsebbħu lmessaġġ tas-​Saltna. Għalhekk, jalla dejjem “nirrikkmandaw lilna nfusna bħala ministri t’Alla . . . bil-​qalb tajba.”—2 Kor. 6:​4, 6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja