LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/05 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 17 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 24 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 31 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 10/05 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 t’Ottubru

Għanja 17

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8 (jekk hu adattat għat-​territorju tiegħek) biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Ottubru u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Wara t-​turija enfasizza xi aspetti tajbin tal-​preżentazzjoni. Barra minn hekk, iġbed l-​attenzjoni lejn artikli oħra fir-​rivista li jistgħu jinteressaw lin-​nies fit-​territorju lokali.

15 min: Għandek Drawwiet Tajbin tal-​Qari? Diskussjoni maʼ ludjenza bbażata fuq porzjonijiet magħżulin mill-​ktieb Ministry School, paġni 21-6. X’nistgħu ninkludu fl-​iskeda tagħna tal-​qari? (pġ. 21, kaxxa) Għala hu importanti li naqraw il-​pubblikazzjonijiet provduti? (pġ. 23, par. 2) X’inhu fundamentali biex inżommu skeda tajba tal-​qari? (pġ. 26, pari. 3-4) Kif twarrab il-​ħin biex taqra r-​rivisti tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!? Kif ibbenefikajt minn dan?

20 min: “Kompli Xandar il-​Kelma t’Alla bil-​Qlubija.”a Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu taʼ sfida biex trabbi l-​kuraġġ li jkollok bżonn ħalli tagħti xiehda. X’għenhom jagħmlu dan?

Għanja 78 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 t’Ottubru

Għanja 36

10 min: Avviżi lokali. Uża t-​tielet parti taʼ l-​insert fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru 2005 biex tirrivedi punt jew tnejn dwar kif nistgħu nużaw il-​Bibbja b’mod effettiv meta nikkonduċu l-​istudji tal-​Bibbja.

15 min: Evita l-​Perikli taʼ l-​Internet. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq Stenbaħ! tat-​8 taʼ Diċembru, 2004, paġni 18-21.

20 min: “Uri Interess Persunali—Billi Turi Qalb Tajba.”b Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif nistgħu nuru qalb tajba m’oħrajn meta nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Aspetti oħra dwar kif nuru interess persunali f’dawk li nippridkawlhom se jiġu kunsidrati f’ħarġiet tal-​Ministeru tas-​Saltna iktar ’il quddiem.

Għanja 2 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 t’Ottubru

Għanja 68

10 min: Avviżi lokali. Aqra rrapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Uża waħda mill-​preżentazzjonijiet suġġeriti fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005 jew metodu ieħor li hu adattat għat-​territorju tiegħek. Uri kif tippreżenta l-​offerta tal-​letteratura għal Novembru.—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005, pġ. 8, par. 5.

15 min: Avviżi lokali.

20 min: Nirriflettu l-​Livelli t’Alla fl-​Ilbies u d-​Dehra Tagħna. Taħdita minn anzjan u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Awissu, 2002, paġni 17-19. Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar kif id-​dehra eżemplari tagħna tistaʼ tiftħilna t-​triq biex nagħtu xiehda.

Għanja 153 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 31 t’Ottubru

Għanja 209

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi sabiex jitfgħu rrapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ottubru. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8 (jekk hu adattat għat-​territorju tiegħek) biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Uri kif tistaʼ tipprepara lill-​inkwilin għaż-​żjara li jmiss billi tiġbed l-​attenzjoni lejn il-​kaxxa “Fil-​Ħarġa li Jmiss.”—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna, t’Ottubru 1998, pġ. 8, pari. 7-8.

15 min: Uża r-​Rotta bir-​Rivisti biex Tikkultiva l-​Interess. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Mejju 2005, paġna 8. Kif nistgħu nibdew rotta bir-​rivisti? (par. 1) Kif nistgħu nippreparaw serje taʼ diskussjonijiet li fihom nużaw skrittura waħda? (par. 3) Għala għandna bżonn nagħmlu iktar milli sempliċement naqraw l-​iskrittura magħżula? (par. 4) Kif tistaʼ żjara taʼ rotta bir-​rivisti ssir studju tal-​Bibbja? (par. 5) Inkludi turija taʼ pubblikatur li jagħmel diskussjoni bi skrittura waħda fuq ir-​rotta tiegħu bir-​rivisti.

20 min: Żgħażagħ li Huma Determinati Madankollu Juru Rispett. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 2002, paġni 23-4, taħt is-​sottitlu “Irrifjuta bir-​Rispett.” Ħejji minn qabel żagħżugħ jew tnejn biex jikkummentaw dwar l-​isfidi li ffaċċjaw l-​iskola u x’għenhom biex jirnexxilhom ikampaw magħhom.

Għanja 222 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Novembru

Għanja 39

5 min: Avviżi lokali.

20 min: Tejjeb il-​Konċentrazzjoni Tiegħek fil-​Laqgħat. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 2002, paġni 12-14, paragrafi 11-14. Irrivedi s-​suġġerimenti provduti, u stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar x’għenhom jibbenefikaw bl-​aħjar mod mil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni.

20 min: “Żviluppa s-​Sengħa taʼ li Tirraġuna m’Oħrajn.”c Stieden lil xi pubblikaturi biex jgħidu kif jirnexxilhom jirraġunaw maʼ nies taʼ sfondi differenti fit-​territorju lokali.

Għanja 50 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja