Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2006
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-2006.
MATERJAL BĦALA SORS: Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana [bi7], Il-Bibbja taʼ l-Għaqda Biblika Maltija, It-Tieni Edizzjoni (1996), It-Torri taʼ l-Għassa [w], Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem [ht], L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex [gt], Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja [fy], Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni [td].
L-iskola trid tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba, u kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif inhu mniżżel hawn taħt. Wara kull parti, l-indokratur taʼ l-iskola se jintroduċi l-parti li jmiss.
IL-KWALITÀ TAD-DISKORS: 5 minuti. L-indokratur taʼ l-iskola, l-ajjutant li jagħti l-pariri, jew anzjan kwalifikat ieħor se jiddiskuti kwalità tad-diskors ibbażata mill-ktejjeb Ittejjeb Abbiltà. (F’kongregazzjonijiet fejn hemm numru limitat taʼ anzjani, jistaʼ jintuża qaddej ministerjali kwalifikat.)
INKARIGU NRU. 1: 10 minuti. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa, jew L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex, jew l-appendiċi tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana [bi7]. Irid jingħata bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ għaxar minuti mingħajr ebda reviżjoni orali. L-objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun l-iktar taʼ għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija. Huwa mistenni mill-aħwa inkarigati b’din it-taħdita li joqogħdu attenti li jżommu mal-ħin. Jistaʼ jingħata parir fil-privat skond il-bżonn.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 10 minuti. Fl-ewwel ħames minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid japplika l-materjal b’mod effettiv skond il-bżonnijiet lokali. Jistaʼ jikkummenta fuq kwalunkwe parti mill-qari tal-Bibbja assenjat għall-ġimgħa. Dan m’għandux ikun sempliċi ġabra fil-qosor tal-qari assenjat. L-objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur. Il-kelliemi għandu joqgħod attent li ma jaqbiżx il-ħames minuti mwarrbin apposta għall-parti tal-ftuħ. Għandu jaċċerta ruħu li jwarrab ħames minuti ħalli tipparteċipa l-udjenza. Il-kelliemi jrid jistieden lill-udjenza tipparteċipa billi tagħti kummenti qosra (30 sekonda jew inqas) dwar x’laqathom mill-qari tal-Bibbja u kif ibbenefikaw. Imbagħad, l-indokratur taʼ l-iskola se jibgħat lill-istudenti li huma inkarigati fi klassijiet oħrajn.
INKARIGU NRU. 2: 4 minuti. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. L-istudent irid jaqra l-materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. Irid jaqra s-sopraskrizzjoni meta l-inkarigu jkun il-qari mis-Salmi. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-sens, bil-modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.
INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. L-istudenti li jingħataw dan l-inkarigu se jagħżlu setting. L-istudenta għandha tuża t-tema assenjata u tapplikaha f’aspett tas-servizz taʼ l-għalqa b’mod li jkun realistiku u prattiku għat-territorju lokali. Meta ebda referenza ma tiġi indikata bħala sors tal-materjal, l-istudenta jkollha bżonn tiġbor il-materjal għal din il-parti billi tagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna. L-istudenti iktar ġodda għandhom jingħataw inkarigi li jkun hemm ir-referenzi għalihom. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat fil-mod kif l-istudenta tiżviluppa l-materjal u l-mod kif tgħin lill-inkwilina tirraġuna mill-Iskrittura u tifhem il-punti prinċipali tal-preżentazzjoni. L-indokratur taʼ l-iskola se jinkariga assistenta waħda.
INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. L-istudent irid jiżviluppa t-tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-sors tal-materjal, l-istudent se jkollu bżonn jiġbor il-materjal għal din il-parti billi jagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna. Meta din il-parti tiġi assenjata lil ħu, dan irid jagħtiha bħala taħdita bl-udjenza tas-Sala tas-Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. L-indokratur taʼ l-iskola għandu mnejn jassenja lil ħu għall-Inkarigu Nru. 4 kulmeta jara li jkun xieraq li jagħmel hekk. Jekk jogħġbok innota li t-temi b’asterisk ħdejhom għandhom dejjem jingħataw lil aħwa rġiel biex jiġu żviluppati bħala taħditiet.
IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-ħin, u lanqas il-ħu li jagħti l-parir m’għandu jagħmel dan. L-Inkarigi Nru. 2 sa Nru. 4 jridu jitwaqqfu bit-tattika meta jkun sar il-ħin. Jekk l-aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu t-taħdita tal-ftuħ fuq kwalità tad-diskors, Inkarigu Nru. 1, jew il-punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja jaqbżu l-ħin, iridu jingħataw parir fil-privat. Kulħadd irid joqgħod attent sew għall-ħin tiegħu. Il-programm sħiħ: 45 minuta, minbarra l-għanja u t-talba.
PARIRI: Minuta. L-indokratur taʼ l-iskola mhux se jieħu iktar minn minuta wara Inkarigi Nru. 2, Nru. 3, u Nru. 4 sabiex jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-taħdita li kien taʼ min ifaħħru. L-iskop tiegħu m’huwiex li sempliċement jgħid “prosit” iżda, minflok, li jiġbed l-attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-aspett tal-preżentazzjoni kien effettiv. Skond il-bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-laqgħa jew f’ħin ieħor.
AJJUTANT LI JAGĦTI L-PARIRI: Il-ġemgħa taʼ l-anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-indokratur taʼ l-iskola, biex jieħu ħsieb l-inkarigu taʼ ajjutant li jagħti l-pariri. Jekk hemm għadd taʼ anzjani fil-kongregazzjoni, f’dan il-każ, anzjan kwalifikat differenti jistaʼ jintgħażel għal dan l-inkarigu kull sena. Ir-responsabbiltà taʼ l-ajjutant li jagħti l-pariri se tkun li, jekk ikun hemm bżonn, jagħti l-pariri fil-privat lill-aħwa li jieħdu ħsieb Inkarigu Nru. 1 u l-punti prinċipali mill-Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-taħditiet li jingħataw minn sħabu l-anzjani jew il-qaddejja ministerjali.
IL-FORMOLA TAL-PARIRI: Fil-ktejjeb Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.
REVIŻJONI ORALI: 30 minuta. Kull xahrejn, l-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni orali. Qabilha se jkun hemm konsiderazzjoni taʼ kwalità tad-diskors u punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja bħalma msemmi iktar kmieni. Ir-reviżjoni orali se tkun ibbażata fuq il-materjal li jkun ġie kunsidrat fl-iskola matul ix-xahrejn taʼ qabel, inkluż il-ġimgħa kurrenti. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek għandha l-assemblea tas-circuit jew iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit fil-ġimgħa tar-reviżjoni orali, allura r-reviżjoni (u l-kumplament taʼ l-iskeda tal-ġimgħa) għandha ssir il-ġimgħa taʼ wara u l-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara għandha tintuża ġimgħa qabel. Jekk l-indokratur tas-circuit se jkun qed iżur il-kongregazzjoni tiegħek fil-ġimgħa tar-reviżjoni orali, l-għanja, il-kwalità tad-diskors, u l-punti prinċipali mill-Bibbja għandhom isiru bħalma hemm imniżżel fl-iskeda. It-taħdita taʼ istruzzjoni (li tingħata wara t-taħdita tal-kwalità tad-diskors) għandha tittieħed mill-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara. L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħa taʼ wara se tkompli bil-kwalità tad-diskors u l-punti prinċipali mill-Bibbja bħalma hu mniżżel fl-iskeda, u wara ssir ir-reviżjoni orali.
SKEDA
Jan. 2 Qari tal-Bibbja: 2 Kronaki 29-32 Għanja 91
Kwalità tad-Diskors: Kif il-Konversazzjoni taʼ Persuna Tistaʼ Tirrifletti Progress Spiritwali (ht pġ. 93 pari. 5-7)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 1 L-Isem Divin (bi7 pġi. 413-4)
Nru. 2: 2 Kronaki 30:1-12
Nru. 3: Għala l-Kristjani Ġenwini Jżommu Lura Milli Jużaw il-Profanità
Nru. 4: Kif Jistaʼ Raġel Kredent Iżomm il-Paċi f’Dar Maqsuma? (fy pġi. 132-3 pari. 10-11)
_
Jan. 9 Qari tal-Bibbja: 2 Kronaki 33-36 Għanja 144
Kwalità tad-Diskors: Agħmel Lilek Innifsek Disponibbli Bħala Ħu (ht pġi. 94-5 pari. 10-11)
Nru. 1: Iktar Mirakli f’Kapernahum (gt kap. 23)
Nru. 2: 2 Kronaki 34:1-11
Nru. 3: Xi Jfisser “l-Aħħar tad-Dinja” (td 1A)
Nru. 4: Qatt Tistħi Żżomm mal-Livelli Morali tal-Bibbja
_
Jan. 16 Qari tal-Bibbja: Esdra 1-5 Għanja 137
Kwalità tad-Diskors: Iżjed Privileġġi Miżjudin lil Kulħadd (ht pġi. 95-6 pari. 12-13)
Nru. 1: Għala Ġesù Ġie fuq l-Art (gt kap. 24)
Nru. 2: Esdra 1:1-11
Nru. 3: Il-Benefiċċji li Jiġu Meta Jkollna Kuxjenza Onesta
Nru. 4: It-Taħriġ Skritturali tat-Tfal f’Dar Maqsuma (fy pġi. 133-4 pari. 12-15)
_
Jan. 23 Qari tal-Bibbja: Esdra 6-10 Għanja 106
Kwalità tad-Diskors: Materjal Speċifiku (ht pġi. 12-3 pari. 1-3)
Nru. 1: Mogħdrija għal Wieħed Imġiddem (gt kap. 25)
Nru. 2: Esdra 6:1-12
Nru. 3: Ibqaʼ Mqajjem Spiritwalment għall-Evidenza taʼ l-Aħħar Jiem (td 1B)
Nru. 4: * Il-Ħarsa t’Alla Lejn iż-Żwieġ
_
Jan. 30 Qari tal-Bibbja: Neħemija 1:1–4:17 (1-4, NW) Għanja 161
Kwalità tad-Diskors: Informattiv għall-Udjenza Tiegħek (ht pġ. 13 pari. 4-6)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 1 L-Isem Divin (bi7 pġi. 415-8)
Nru. 2: Neħemija 2:1-10
Nru. 3: L-Iktar Tip Importanti taʼ Sigurtà
Nru. 4: Żomm Relazzjoni Paċifika mal-Ġenituri li Għandhom Reliġjon Differenti (fy pġi. 134-6 pari. 16-19)
_
Frar 6 Qari tal-Bibbja: Neħemija 5-8 Għanja 40
Kwalità tad-Diskors: Materjal taʼ Valur Prattiku (ht pġ. 14 pari. 7-8)
Nru. 1: Lura f’Daru Ġewwa Kapernahum (gt kap. 26)
Nru. 2: Neħemija 5:1-13
Nru. 3: Għala Alla Ma Japprovax il-Qima lill-Antenati (td 2A)
Nru. 4: “Ħares lil Qalbek” (Prov. 4:23)
_
Frar 13 Qari tal-Bibbja: Neħemija 9-11 Għanja 159
Kwalità tad-Diskors: Eżattezza f’Dak li Jingħad (ht pġ. 14 pari. 9-11)
Nru. 1: Is-Sejħa taʼ Mattew (gt kap. 27)
Nru. 2: Neħemija 10:29-38 (10:28-37, NW)
Nru. 3: Evidenza li Ġeħova Jħobbna
Nru. 4: L-Isfida li Tkun Ġenitur tar-Rispett (fy pġi. 136-9 pari. 20-5)
_
Frar 20 Qari tal-Bibbja: Neħemija 12-13 Għanja 118
Kwalità tad-Diskors: Materjal Miżjud biex Jiċċara (ht pġ. 15 pari. 12-13)
Nru. 1: Mistoqsi Dwar is-Sawm (gt kap. 28)
Nru. 2: Neħemija 13:1-14
Nru. 3: Il-Bnedmin Jistgħu Jiġu Onorati, imma Alla Biss Jiġi Meqjum (td 2B)
Nru. 4: * Il-Logħob Vjolenti tal-Kompjuter M’Huwiex għall-Kristjani
_
Frar 27 Qari tal-Bibbja: Ester 1-5 Għanja 215
Kwalità tad-Diskors: Aspetti Prinċipali li Għandek Tikkunsidra biex Tilħaq lill-Udjenza Tiegħek—Jingħad b’Mod Sempliċi (ht pġ. 15 pari. 14-16)
Reviżjoni Orali
_
Mar. 6 Qari tal-Bibbja: Ester 6-10 Għanja 74
Kwalità tad-Diskors: Spjegazzjoni tat-Termini Mhux Familjari (ht pġ. 16 pari. 17-8)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 2 L-Isem Divin (bi7 pġi. 418-9)
Nru. 2: Ester 6:1-10
Nru. 3: Tweġiba Ħelwa Tistaʼ Ttaffi l-Korla
Nru. 4: Tħallix il-Miri Materjali Jifirdu lil Darek (fy pġi. 140-1 pari. 26-8)
_
Mar. 13 Qari tal-Bibbja: Ġob 1-5 Għanja 160
Kwalità tad-Diskors: M’Hemmx Materjal Żejjed (ht pġ. 16 pari. 19-20)
Nru. 1: Jagħmel Xogħlijiet Tajbin f’Jum is-Sibt (gt kap. 29)
Nru. 2: Ġob 2:1-13
Nru. 3: Armageddon—Il-Gwerra li Se Teqred il-Ħażen (td 3A)
Nru. 4: Għala l-Kristjani Veri Jevitaw it-Tgergir
_
Mar. 20 Qari tal-Bibbja: Ġob 6-10 Għanja 214
Kwalità tad-Diskors: Tqanqal l-Interess (ht pġ. 17 pari. 1-3)
Nru. 1: Il-Valuri Spiritwali Huma Superjuri (w04 10/15 pġ. 4 par. 2–pġ. 5 par. 3)
Nru. 2: Ġob 7:1-21
Nru. 3: Xi Jfisser li Tkun Qalbek Safja
Nru. 4: Il-Ħsara Kaġunata mill-Alkoħoliżmu (fy pġi. 142-3 pari. 1-4)
_
Mar. 27 Qari tal-Bibbja: Ġob 11-15 Għanja 8
Kwalità tad-Diskors: Meta Għandek Tipprepara l-Introduzzjoni tat-Taħdita Tiegħek (ht pġ. 18 pari. 4-7)
Nru. 1: Iwieġeb lil Dawk li Akkużawh (gt kap. 30)
Nru. 2: Ġob 12:1-25
Nru. 3: Għala Armageddon Hija Att taʼ Mħabba minn Alla (td 3B)
Nru. 4: Għala l-Ministeru Jġibilna l-Ferħ
_
Apr. 3 Qari tal-Bibbja: Ġob 16-20 Għanja 50
Kwalità tad-Diskors: Xierqa għat-Tema (ht pġi. 18-19 pari. 8-10)
Nru. 1: Kif Nuru l-Imħabba Tagħna għal Alla (w04 3/1 pġi. 19-21)
Nru. 2: Ġob 16:1-22
Nru. 3: Kif Ġeħova Jiġbed lin-Nies Lejh biex Iqimuh
Nru. 4: Għajnuna lil Membru tal-Familja li Huwa Alkoħoliku (fy pġi. 143-7 pari. 5-13)
_
Apr. 10 Qari tal-Bibbja: Ġob 21-27 Għanja 119
Kwalità tad-Diskors: Taʼ Tul Xieraq (ht pġ. 19 pari. 11-14)
Nru. 1: Valuri Spiritwali Jġibu Barkiet (w04 10/15 pġ. 5 par. 4–pġ. 7 par. 2)
Nru. 2: Ġob 24:1-20
Nru. 3: Ġeħova Jagħti Qawwa Iktar min-Normal
Nru. 4: L-Art—Maħluqa biex Tkun Ġenna (td 4A)
_
Apr. 17 Qari tal-Bibbja: Ġob 28-32 Għanja 100
Kwalità tad-Diskors: Introduzzjoni taʼ Tul Xieraq (ht pġ. 20 pari. 15-6)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 3 Ġesù—Wieħed bħal Alla (bi7 pġ. 419-20)
Nru. 2: Ġob 29:1-25
Nru. 3: Il-Vjolenza Domestika u Modi Kif Tevitaha (fy pġi. 147-9 pari. 14-22)
Nru. 4: Għala l-Folla Kienet Mistagħġba bil-Mod Kif Kien Jgħallem Ġesù
_
Apr. 24 Qari tal-Bibbja: Ġob 33-37 Għanja 94
Kwalità tad-Diskors: Għoli Biżżejjed biex Jinstemaʼ bil-Kumdità (ht pġi. 20-1 pari. 1-3)
Reviżjoni Orali
_
Mej. 1 Qari tal-Bibbja: Ġob 38-42 Għanja 154
Kwalità tad-Diskors: Kun Konxju tal-Kundizzjonijiet Varjabbli Meta Titkellem (ht pġi. 21-2 pari. 3-7)
Nru. 1: Jaqtgħu l-Qamħ f’Jum is-Sibt (gt kap. 31)
Nru. 2: Ġob 38:1-24
Nru. 3: Kif Qiegħda Titwettaq Illum l-Iskrittura taʼ Isaija 60:22?
Nru. 4: Il-Ħajja fuq l-Art M’Hi Se Tispiċċa Qatt (td 4B)
_
Mej. 8 Qari tal-Bibbja: Salm 1-10 Għanja 168
Kwalità tad-Diskors: Kif Tiddetermina Jekk il-Volum Tiegħek Huwiex Għoli Biżżejjed (ht pġ. 22 pari. 8-10)
Nru. 1: X’Inhu Legali f’Jum is-Sibt? (gt kap. 32)
Nru. 2: Salm 4:2–5:13 (Salm 4:1–5:12, NW)
Nru. 3: Hija s-Separazzjoni s-Soluzzjoni? (fy pġi. 150-2 pari. 23-6)
Nru. 4: Identifika l-Mudell taʼ Kliem Mimli Saħħa
_
Mej. 15 Qari tal-Bibbja: Salm 11-18:51 (Salm 11-18, NW) Għanja 217
Kwalità tad-Diskors: Volum Xieraq għall-Materjal (ht pġi. 22-3 pari. 11-2)
Nru. 1: Iwettaq il-Profezija taʼ Isaija (gt kap. 33)
Nru. 2: Salm 14:1–16:6
Nru. 3: Il-Kristjani Veri b’Liema Modi M’Huma Ebda Parti mid-Dinja?
Nru. 4: Il-Bibbja Hija l-Kelma Ispirata t’Alla (td 5A)
_
Mej. 22 Qari tal-Bibbja: Salm 19:2-25 (Salm 19-25, NW) Għanja 23
Kwalità tad-Diskors: L-Abbiltà li Tagħmel Pawsa Effettiva (ht pġ. 23 pari. 13-16)
Nru. 1: “Min Hu bil-Għaqal Jirbaħ l-Imħabba” (w04 7/15 pġ. 27 par. 4–pġ. 28 par. 4)
Nru. 2: Salm 22:2-23 (Salm 22:1-22, NW)
Nru. 3: Il-Mod Skritturali Kif Tittratta l-Problemi fiż-Żwieġ (fy pġi. 153-6 pari. 1-9)
Nru. 4: * X’Inhuma t-Tfakkiriet t’Alla, u Għala Għandna Nagħtu Kashom?
_
Mej. 29 Qari tal-Bibbja: Salm 26-33 Għanja 203
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Punteġġjatura (ht pġi. 23-4 pari. 17-21)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 4 Iż-“Żína” (bi7 pġi. 420-1)
Nru. 2: Salm 30:2–31:9 (Salm 30:1–31:8, NW)
Nru. 3: B’Liema Modi Teħlisna l-Verità?
Nru. 4: Il-Bibbja—Gwida Prattika għal Żmienna (td 5B)
_
Ġun. 5 Qari tal-Bibbja: Salm 34:2-37 (Salm 34-37, NW) Għanja 167
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Bidla tal-Ħsieb (ht pġi. 24-5 pari. 22-4)
Nru. 1: Il-Qawwa tat-Talb (w04 8/15 pġ. 18 par. 6–pġ. 19 par. 10)
Nru. 2: Salm 34:2-23 (Salm 34:1-22, NW)
Nru. 3: Il-Bibbja—Ktieb għan-Nies Kollha (td 5Ċ)
Nru. 4: Minn Liema Forom taʼ Idolatrija Għandna Naħarbu?
_
Ġun. 12 Qari tal-Bibbja: Salm 38:2-44:27 (Salm 38-44, NW) Għanja 216
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Enfasi u Meta ċ-Ċirkustanzi Jeħtiġuha (ht pġ. 25 pari. 25-8)
Nru. 1: Jagħżel lill-Appostli Tiegħu (gt kap. 34)
Nru. 2: Salm 40:2-18 (Salm 40:1-17, NW)
Nru. 3: Ix-Xjenza Vera Ma Tikkontradixxix lill-Bibbja
Nru. 4: Nagħtu Dak li Huwa Dovut fiż-Żwieġ (fy pġi. 156-8 pari. 10-13)
_
Ġun. 19 Qari tal-Bibbja: Salm 45:2-51:21 (Salm 45-51, NW) Għanja 104
Kwalità tad-Diskors: Nidderieġu lis-Semmiegħa Tagħna Lejn il-Bibbja (ht pġ. 26 pari. 1-2)
Nru. 1: Ġesù Meta Jiġi? (w04 3/1 pġ. 16, kaxxa)
Nru. 2: Salm 46:2–47:10 (Salm 46:1–47:9, NW)
Nru. 3: It-Trasfużjonijiet tad-Demm Jiksru l-Qdusija tad-Demm (td 6A)
Nru. 4: Kif Jistaʼ Kristjan Ikun Setgħan Meta Jkun Dgħajjef? (2 Kor. 12:10)
_
Ġun. 26 Qari tal-Bibbja: Salm 52:3-59:18 (Salm 52-59, NW) Għanja 103
Kwalità tad-Diskors: Nistiednu lill-Udjenza biex Tuża l-Bibbja (ht pġ. 26 pari. 3-4)
Reviżjoni Orali
_
Lul. 3 Qari tal-Bibbja: Salm 60:3-68:36 (Salm 60-68, NW) Għanja 45
Kwalità tad-Diskors: Tħalli l-Ħin biex Jinstab il-Vers (ht pġ. 27 pari. 5-6)
Nru. 1: Xi Tfisser Għalina l-Umiltà taʼ Ġeħova (w04 11/1 pġi. 29-30)
Nru. 2: Salm 60:3–61:9 (Salm 60:1–61:8, NW)
Nru. 3: Minħabba li Nieħdu Sehem fl-Attivitajiet Kristjani Jfisser li Nistgħu Ma Nżommux mal-Liġijiet t’Alla?
Nru. 4: Il-Bażijiet Bibliċi għal Divorzju (fy pġi. 158-9 pari. 14-16)
_
Lul. 10 Qari tal-Bibbja: Salm 69:2-73 (Salm 69-73, NW)
Kwalità tad-Diskors: Introduċi l-Iskritturi b’Mod Effettiv (ht pġ. 27 pari. 7-9)
Nru. 1: L-Iktar Priedka Famuża li Qatt Ngħatat (gt kap. 35 pari. 1-6)
Nru. 2: Salm 71:1-18
Nru. 3: Għandha l-Ħajja taʼ Individwu Tiġi Salvata Jiġri X’Jiġri? (td 6B)
Nru. 4: * Għala l-Kristjani Għandhom Ikunu Imparzjali
_
Lul. 17 Qari tal-Bibbja: Salm 74-78 Għanja 28
Kwalità tad-Diskors: Il-Mistoqsijiet Iqanqlu l-Ħsieb (ht pġ. 28 pari. 10-12)
Nru. 1: Ikkultiva l-Umiltà u Gawdi l-Approvazzjoni t’Alla (w04 8/1 pġ. 11 par. 15–pġ. 13 par. 18)
Nru. 2: Salm 75:2–76:13 (Salm 75:1–76:12, NW)
Nru. 3: X’Jinvolvi li Nfittxu lil Ġeħova? (Sof. 2:3)
Nru. 4: X’Tgħid l-Iskrittura dwar is-Separazzjoni (fy pġi. 159-62 pari. 17-22)
_
Lul. 24 Qari tal-Bibbja: Salm 79-86 Għanja 112
Kwalità tad-Diskors: Tħalli l-Iskrittura u l-Applikazzjoni Tagħha Jipprovdu t-Tweġiba (ht pġ. 28 pari. 13-16)
Nru. 1: “L-Għamara tat-Tajbin Tiġi ’l Quddiem” (w04 11/15 pġ. 26 par. 1–pġ. 28 par. 2)
Nru. 2: Salm 82:1–83:19 (Salm 82:1–83:18, NW)
Nru. 3: Il-Bniedem Mhux Gwidat mid-Destin (td 7A)
Nru. 4: Jistgħu l-Bnedmin Imperfetti Tassew Jogħġbu lil Alla?
_
Lul. 31 Qari tal-Bibbja: Salm 87-91 Għanja 57
Kwalità tad-Diskors: Jintuża l-Kuntest biex l-Iskrittura Tiġi Spjegata (ht pġ. 29 pari. 16-19)
Nru. 1: Meta ‘t-Tagħlim Hu Ħafif’ u l-Għerf Jiggwidana (w04 11/15 pġ. 28 par. 3–pġ. 29 par. 7)
Nru. 2: Salm 89:2-22 (Salm 89:1-21, NW)
Nru. 3: L-Istudju tal-Bibbja Huwa Parti mill-Qima Tagħna
Nru. 4: Nikbru fl-Età Flimkien (fy pġi. 163-5 pari. 1-9)
_
Awis. 7 Qari tal-Bibbja: Salm 92:2-101 (Salm 92-101, NW) Għanja 190
Kwalità tad-Diskors: Imqanqla l-Antiċipazzjoni għall-Iskritturi (ht pġ. 29 pari. 19-20)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 5 Il-Preżenza taʼ Kristu (bi7 pġi. 421-2)
Nru. 2: Salm 92:2–93:5 (Salm 92:1–93:5, NW)
Nru. 3: X’Inhu d-Dnub (td 8A)
Nru. 4: L-Importanza taʼ l-Integrità Morali
_
Awis. 14 Qari tal-Bibbja: Salm 102:2-105 (Salm 102-105, NW) Għanja 1
Kwalità tad-Diskors: L-Attenzjoni Ffokata fuq ir-Raġuni Għala Ntuża l-Vers (ht pġi. 29-30 par. 21)
Nru. 1: “Kemm Huma Kotrana l-Għemejjel Tiegħek, Mulej!” (w04 11/15 pġi. 8-9)
Nru. 2: Salm 104:1-24
Nru. 3: Għala Għandna Nibqgħu Għassa
Nru. 4: Isaħħu mill-Ġdid ir-Rabtiet taż-Żwieġ (fy pġi. 166-7 pari. 10-13)
_
Awis. 21 Qari tal-Bibbja: Salm 106-109 Għanja 201
Kwalità tad-Diskors: L-Iskritturi Għandhom Jinqraw b’Sentiment (ht pġ. 30 pari. 1-3)
Nru. 1: Żgħażagħ—Issegwux l-Eżempju taʼ Sħabkom bla Għaqal (w04 10/15 pġ. 22 par. 4–pġ. 24 par. 4)
Nru. 2: Salm 107:20-43
Nru. 3: Għala Kulħadd Bata mid-Dnub taʼ Adam (td 8B)
Nru. 4: B’Liema Modi Nistgħu Nimitaw lil Alla?
_
Awis. 28 Qari tal-Bibbja: Salm 110-118 Għanja 125
Kwalità tad-Diskors: Enfasizza l-Kliem Eżatt (ht pġ. 31 pari. 4-5)
Reviżjoni Orali
_
Sett. 4 Qari tal-Bibbja: Salm 119 Għanja 59
Kwalità tad-Diskors: Kliem li Jispikka (ht pġ. 31 pari. 6-9)
Nru. 1: L-Iktar Priedka Famuża li Qatt Ngħatat (gt kap. 35 pari 7-16)
Nru. 2: Salm 119:25-48
Nru. 3: Għala Għandna Nuru Rispett Lejn l-Awtoritajiet Sekulari
Nru. 4: Gawdi t-Tfal tat-Tfal Tiegħek u Aġġusta Ruħek Waqt li Tixjieħ (fy pġi. 168-70 pari. 14-19)
_
Sett. 11 Qari tal-Bibbja: Salm 120-134 Għanja 65
Kwalità tad-Diskors: Modi Oħra Kif Tenfasizza l-Kliem (ht pġ. 31 pari. 10-12)
Nru. 1: Wegħdi li Tistaʼ Tafdahom (w04 1/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Salm 121:1–123:4
Nru. 3: Il-Frotta Projbita d-Diżubbidjenza, Mhux l-Att Sesswali (td 8Ċ)
Nru. 4: X’Inhi Iperbole, u Ġesù Kif Użaha?
_
Sett. 18 Qari tal-Bibbja: Salm 135-141 Għanja 97
Kwalità tad-Diskors: Versi li Jinqraw mill-Inkwilin (ht pġ. 32 pari. 13-4)
Nru. 1: L-Iktar Priedka Famuża li Qatt Ngħatat (gt kap. 35 pari 18-26)
Nru. 2: Salm 136:1-26
Nru. 3: B’Liema Mod Hija t-Tifkira Ikla taʼ Komunjoni?
Nru. 4: Kif Tkampa mat-Telfa tal-Parti l-Oħra (fy pġi. 170-2 pari. 20-5)
_
Sett. 25 Qari tal-Bibbja: Salm 142:2-150 (Salm 142-150, NW) Għanja 5
Kwalità tad-Diskors: Agħmel l-Applikazzjoni Sempliċi Kemm Jistaʼ Jkun (ht pġ. 32 pari. 15-7)
Nru. 1: L-Iktar Priedka Famuża li Qatt Ngħatat (gt kap. 35 pari. 27-36)
Nru. 2: Salm 142:2–143:12 (Salm 142:1–143:12, NW)
Nru. 3: Id-Dnub Kontra l-Ispirtu Qaddis (Mt.12:32; Mk 3:28, 29) (td 8D)
Nru. 4: B’Liema Modi Nistgħu Npoġġu l-Bżonnijiet t’Oħrajn Qabel Tagħna?
_
Ott. 2 Qari tal-Bibbja: Proverbji 1-6 Għanja 111
Kwalità tad-Diskors: Iżola l-Kliem li Jrid Jiġi Applikat (ht pġ. 33 par. 18)
Nru. 1: L-Iktar Priedka Famuża li Qatt Ngħatat (gt kap. 35 pari. 37-48)
Nru. 2: Proverbji 5:1-23
Nru. 3: Modi Kristjani Kif Nonoraw lill-Ġenituri Anzjani Tagħna (fy pġi. 173-5 pari. 1-5)
Nru. 4: * Ixxerridx Stejjer Foloz (2 Tim. 4:4)
_
Ott. 9 Qari tal-Bibbja: Proverbji 7-11 Għanja 73
Kwalità tad-Diskors: Imwassal il-Punt taʼ l-Introduzzjoni (ht pġ. 33 pari. 19-22)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 6 “Zokk tat-Tortura” (bi7 pġi. 422-4)
Nru. 2: Proverbji 7:1-27
Nru. 3: In-Newtralità Kristjana Tgħin biex Ikun Hemm l-Unità fil-Fratellanza Tagħna
Nru. 4: Kemm Hu Importanti l-Fejqan Spiritwali? (td 9A)
_
Ott. 16 Qari tal-Bibbja: Proverbji 12-16 Għanja 180
Kwalità tad-Diskors: Ir-Ripetizzjoni Hija Omm il-Memorja (ht pġ. 34 pari. 1-3)
Nru. 1: Il-Fidi Kbira t’Uffiċjal taʼ l-Armata (gt kap. 36)
Nru. 2: Proverbji 14:1-21
Nru. 3: Uri Mħabba u Empatija (fy pġi. 175-8 pari. 6-14)
Nru. 4: X’Jistaʼ Jgħinna biex Noqogħdu Attenti Sew fil-Laqgħat?
_
Ott. 23 Qari tal-Bibbja: Proverbji 17-21 Għanja 131
Kwalità tad-Diskors: Ripetizzjonijiet taʼ Punti Prinċipali (ht pġi. 34-5 pari. 4-6)
Nru. 1: Ġesù Jneħħi l-Għali taʼ Armla (gt kap. 37)
Nru. 2: Proverbji 17:1-20
Nru. 3: Kif il-Kristjani Jqisu lil Dawk Anzjani fl-Età
Nru. 4: Is-Saltna t’Alla—Il-Mezz li Bih Se Jiġi l-Fejqan Fiżiku Permanenti (td 9B)
_
Ott. 30 Qari tal-Bibbja: Proverbji 22-26 Għanja 9
Kwalità tad-Diskors: Ripetizzjoni Permezz taʼ Sommarju (ht pġ. 35 pari. 7-10)
Reviżjoni Orali
_
Nov. 6 Qari tal-Bibbja: Proverbji 27-31 Għanja 51
Kwalità tad-Diskors: Ripetizzjoni taʼ Punti li Ma Ġewx Mifhumin (ht pġi.35-6 pari. 11-14)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 7 “Ruħ” (bi7 pġ. 425)
Nru. 2: Proverbji 28:1-18
Nru. 3: Dejjem Dur Lejn Ġeħova għas-Saħħa (fy pġi. 179-82 pari. 15-21)
Nru. 4: Għala M’Għandniex Niġġudikaw lin-Nies li Niltaqgħu Magħhom fil-Ministeru mid-Dehra Tagħhom
_
Nov. 13 Qari tal-Bibbja: Koħèlet 1-6 Għanja 25
Kwalità tad-Diskors: Ġesti Deskrittivi (ht pġi. 36-7 pari. 15-8)
Nru. 1: Naqsitu l-Fidi lil Ġwanni? (gt kap. 38)
Nru. 2: Koħèlet 4:17–5:14 (Koħèlet 5:1-15, NW)
Nru. 3: Il-Veritajiet tal-Bibbja Kif Huma Moħbijin mill-Għorrief u l-Intelletwali? (Mt. 11:25)
Nru. 4: Il-Fejqan bil-Fidi taʼ Żmienna Mhux Ġej minn Alla (td 9Ċ)
_
Nov. 20 Qari tal-Bibbja: Koħèlet 7-12 Għanja 37
Kwalità tad-Diskors: Ġesti Enfatiċi (ht pġ. 37 pari. 19-20)
Nru. 1: L-Imkabbrin u l-Umli (gt kap. 39)
Nru. 2: Koħèlet 9:1-12
Nru. 3: Żviluppa Devozzjoni Lejn Alla u Kontroll Fuqek Innifsek (fy pġi. 183-4 pari. 1-5)
Nru. 4: X’Fiha Ħażin l-Għira?
_
Nov. 27 Qari tal-Bibbja: L-Għanja taʼ l-Għanjiet 1-8 Għanja 11
Kwalità tad-Diskors: Tema taʼ Taħdita (ht pġi. 37-8 pari. 1-4)
Nru. 1: L-Iskrittura Griega Kristjana—Appendiċi Nru. 8 “Ħades,” “Xeol” (bi7 pġ. 426)
Nru. 2: L-Għanja taʼ l-Għanjiet 7:2–8:4 (7:1–8:4, NW)
Nru. 3: Il-Kristjani Għala Għandhom Ikunu Puliti, Nodfa, u Modesti fl-Ilbies Tagħhom?
Nru. 4: Il-Ħarsa Kristjana Lejn iċ-Ċelebrazzjonijiet (td 10A)
_
Diċ. 4 Qari tal-Bibbja: Isaija 1-5 Għanja 90
Kwalità tad-Diskors: Tema Xierqa (ht pġ. 38 pari. 5-6)
Nru. 1: Lezzjoni fil-Ħniena (gt kap. 40)
Nru. 2: Isaija 3:1-15
Nru. 3: L-Irwol Vitali taʼ l-Imħabba fil-Familja (fy pġi. 186-7 pari. 10-12)
Nru. 4: * Għala l-Kristjani Għandhom Ikunu ‘Tqal biex Jinkorlaw’ (Ġak. 1:19)
_
Diċ. 11 Qari tal-Bibbja: Isaija 6-10 Għanja 204
Kwalità tad-Diskors: Irripeti l-Kliem jew l-Idea tat-Tema (ht pġ. 39 pari. 7-8)
Nru. 1: F’Nofs Kontroversja (gt kap. 41)
Nru. 2: Isaija 10:1-14
Nru. 3: Għala hu Importanti Ħafna li Tkun Kapaċi Taħfer?
Nru. 4: Agħmlu r-Rieda t’Alla Bħala Familja (fy pġi. 188-9 pari. 13-15)
_
Diċ. 18 Qari tal-Bibbja: Isaija 11-16 Għanja 47
Kwalità tad-Diskors: Il-Punti Prinċipali f’Taħdita (ht pġi. 39-40 pari. 9-13)
Nru. 1: Żgħażagħ—Ħallu lill-Ġenituri Jgħinukom Tgħassu Qalbkom! (w04 10/15 pġ. 20 par. 1–pġ. 22 par. 3)
Nru. 2: Isaija 11:1-12
Nru. 3: Il-Familja u l-Futur Tiegħek (fy pġi. 190-1 pari. 16-18)
Nru. 4: Il-Kristjani Veri Mhux Se Jieħdu Sehem fil-Gwerra t’Armageddon
_
Diċ. 25 Qari tal-Bibbja: Isaija 17-23 Għanja 53
Kwalità tad-Diskors: Mhux Iżżejjed Punti Prinċipali (ht pġi. 40-1 pari. 14-7)
Reviżjoni Orali
_
* Inkariga lill-aħwa rġiel biss.