LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 16
  • Żelu għall-Qima taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żelu għall-Qima taʼ Jehovah
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù juri żelu għall-qima vera
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Għala Ġesù Ġie Fuq l-Art
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa mit-tempju
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġesù jkabbar il-ministeru tiegħu fil-Galilija
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 16

Kapitlu 16

Żelu għall-​Qima taʼ Jehovah

L-​AĦWA taʼ Ġesù mill-​omm​—l-​ulied l-​oħra taʼ Marija​—huma Ġakbu, Ġużeppi, Xmun, u Ġuda. Qabel ma dawn kollha jivvjaġġaw maʼ Ġesù u d-​dixxipli tiegħu lejn Kapernahum, belt qrib il-​Baħar tal-​Galilija, huma x’aktarx li jieqfu d-​dar tagħhom f’Nazzaret sabiex il-​familja tkun tistaʼ tippakkja l-​affarijiet li se jkollhom bżonn.

Imma Ġesù għala jmur Kapernahum flok ma jkompli l-​ministeru tiegħu f’Kana, f’Nazzaret, jew f’xi post ieħor fil-​għoljiet tal-​Galilija? L-​ewwelnett, Kapernahum qiegħda f’post iktar prominenti u jidher li hi belt akbar. Ukoll, il-​biċċa l-​kbira tad-​dixxipli l-​ġodda taʼ Ġesù jgħixu f’Kapernahum jew f’dawk l-​inħawi, u għalhekk ma jkollhomx għalfejn jitilqu minn djarhom biex jieħdu t-​taħriġ mingħandu.

Sakemm idum f’Kapernahum, Ġesù jwettaq xogħlijiet tal-​għaġeb, bħalma jixhed hu stess xi xhur wara. Imma ma jdumux Ġesù u sħabu ma jerġgħu jitilqu għal għonq it-​triq. Waslet ir-​rebbiegħa, u huma sejrin lejn Ġerusalemm biex jattendu l-​Qbiż tas-​sena 30 E.K. Waqt li jkunu hemm, id-​dixxipli tiegħu jaraw xi ħaġa dwar Ġesù li forsi qatt ma kienu rawha qabel.

Skond il-​Liġi t’Alla, l-​Iżraeliti meħtieġ minnhom li jagħmlu sagrifiċċji tal-​annimali. Mela, għall-​konvenjenza tagħhom, negozjanti f’Ġerusalemm ibigħu annimali u agħsafar għal dan il-​għan. Imma huma qed ibigħu sewwa sew ġewwa t-​tempju, u qed iqarrqu bin-​nies billi qed jiċċarġjaw wisq.

Mimli korla ġusta, Ġesù jagħmel frosta tal-​ħbula u jsuq lill-​bejjiegħa ’l barra. Hu jxerred il-​flus tas-​sarrafa u jaqilbilhom l-​imwejjed. “Ħudu dawn l-​affarijet minn hawn!” igħid hu b’leħen għoli lil dawk li qed ibigħu l-​ħamiem. “Ieqfu milli tagħmlu d-​dar taʼ Missieri dar tal-​merkanzija!”

Meta d-​dixxipli taʼ Ġesù jaraw dan, huma jiftakru l-​profezija dwar l-​Iben t’Alla: “Iż-​żelu għal darek se jikolni.” Imma l-​Lhud jistaqsu: “Liema sinjal għandek biex turina, ladarba int qed tagħmel dawn l-​affarijiet?” Ġesù jwieġeb: “Ġarrfu dan it-​tempju, u fi tlett ijiem jien se nibnih.”

Il-Lhud jassumu li Ġesù qed jitkellem dwar it-​tempju litterali, u għalhekk jistaqsu: “Dan it-​tempju kien mibni f’sitta u erbgħin sena, u int se tibnih fi tlett ijiem?” Madankollu, Ġesù qed jitkellem dwar it-​tempju tal-​ġisem tiegħu. U tliet snin wara, id-​dixxipli tiegħu jiftakru dan il-​kliem tiegħu meta hu jiġi mqajjem mill-​imwiet. Ġwann 2:​12-22; Mattew 13:55; Luqa 4:23.

▪ Wara t-​tieġ f’Kana, lejn liema postijiet jivvjaġġa Ġesù?

▪ Ġesù għala jinkorla b’mod ġust, u x’jagħmel?

▪ Id-​dixxipli taʼ Ġesù x’jiftakru meta jaraw l-​azzjonijiet tiegħu?

▪ X’igħid Ġesù dwar “dan it-​tempju,” u x’irid ifisser?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja