LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 19
  • Igħallem lil Mara Samaritana

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Igħallem lil Mara Samaritana
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħafna Samaritani Jemmnu
  • Jgħallem lil mara Samaritana
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-mara ħdejn il-bir
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mal-Mara Ħdejn il-Bir
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Għal Dan Intbgħatt”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 19

Kapitlu 19

Igħallem lil Mara Samaritana

FI TRIQITHOM mill-​Ġudea lejn il-​Galilija, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu jivvjaġġaw mid-​distrett taʼ Samarija. Għajjenin mill-​vjaġġ, għall-​ħabta taʼ nofs in-​nhar jieqfu jistrieħu ħdejn bir qrib il-​belt taʼ Sikar. Dan il-​bir kien tħaffer sekli qabel minn Ġakobb, u għadu hemm saħansitra sal-​lum, qrib il-​belt moderna taʼ Nablus.

Waqt li Ġesù joqgħod jistrieħ hawnhekk, id-​dixxipli tiegħu jmorru fil-​belt biex jixtru xi affarijiet tal-​ikel. Meta mara Samaritana tiġi biex ittellaʼ l-​ilma, hu jitlobha: “Agħtini nixrob.”

Il-Lhud u s-​Samaritani ġeneralment ma jkollhom xejn x’jaqsmu bejniethom minħabba preġudizzji li daħlu fil-​fond. Mela, imgħaġġba, il-​mara tistaqsi: “Dan kif int, minkejja li int Lhudi, tistaqsini biex tixrob, meta jiena mara Samaritana?”

“Kieku kont taf,” iwieġeb Ġesù, “min hu li jgħidlek, ‘Agħtini nixrob,’ int kont tistaqsih, u hu kien jagħtik ilma ħaj.”

“Sinjur,” twieġeb hi, “lanqas biss għandek barmil biex ittellaʼ l-​ilma, u l-​bir huwa fond. Minn liema sors, għalhekk, għandek int dan l-​ilma ħaj? Int m’intix akbar minn missierna tal-​qedem Ġakobb, li tana l-​bir u li hu nnifsu flimkien maʼ wliedu u l-​bhejjem tiegħu xorbu minnu, hux hekk?”

“Kulmin qiegħed jixrob minn dan l-​ilma se jerġaʼ jaqbdu l-​għatx,” josserva Ġesù. “Kulmin jixrob mill-​ilma li se nagħtih jien qatt ma se jaqbdu għatx assolutament, imma l-​ilma li se nagħtih se jsir fih għajn taʼ ilma jbaqbaq biex jagħti l-​ħajja taʼ dejjem.”

“Sinjur, agħtini dan l-​ilma, sabiex la jaqbadni l-​għatx u lanqas noqgħod ġejja u sejra lejn dan il-​post biex intellaʼ l-​ilma,” twieġeb il-​mara.

Ġesù issa jgħidilha: “Mur, sejjaħ lil żewġek u ejja f’dan il-​post.”

“M’għandix żewġi,” twieġeb hi.

Ġesù jaqbel mal-​istqarrija tagħha. “Sewwa għedt, ‘Żewġi m’għandix.’ Għax int kellek ħamest irġiel żwieġek, u r-​raġel li għandek issa m’huwiex żewġek.”

“Sinjur, nifhem li inti profeta,” il-​mara tgħid imgħaġġba. B’mod li juri l-​interess spiritwali tagħha, hi tinnota li s-​Samaritani “qiemu fuq din il-​muntanja [Geriżim, li qiegħda fil-​qrib]; imma intom [il-Lhud] tgħidu li f’Ġerusalemm huwa l-​post fejn in-​nies għandhom iqimu.”

Iżda, il-​post fejn tadura m’huwiex il-​ħaġa importanti, juri Ġesù. “Is-​siegħa ġejja,” jgħid hu, “meta l-​veri adoraturi se jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu u l-​verità, għax, tabilħaqq, il-​Missier qed ifittex uħud bħal dawn biex iqimuh. Alla huwa Spirtu, u dawk li qed iqimuh iridu jqimu bl-​ispirtu u l-​verità.”

Il-mara timpressjona ruħha ferm. “Naf li ġej il-​Messija, li hu msejjaħ Kristu,” hija tgħid. “Meta jasal dak, hu se jxandrilna kollox fil-​beraħ.”

“Jien li qed nitkellem miegħek huwa hu,” Ġesù jiddikjara. Aħseb ftit! Din il-​mara li tiġi fl-​eqqel tal-​jum biex ittellaʼ l-​ilma, x’aktarx biex tevita li tiltaqaʼ man-​nisa tal-​belt li jobogħduha minħabba l-​mod taʼ ħajja tagħha, hija ffavorita b’mod tal-​għaġeb minn Ġesù. Ċar u tond igħidilha xi ħaġa li ma stqarrha maʼ ħadd pubblikament. B’liema konsegwenzi?

Ħafna Samaritani Jemmnu

Malli jaslu lura minn Sikar bl-​ikel, id-​dixxipli jsibu lil Ġesù ħdejn il-​bir taʼ Ġakobb fejn ħallewh, u fejn issa qed jitkellem maʼ mara Samaritana. Meta jaslu d-​dixxipli, hi titlaq, billi tħalli l-​ġarra tagħha warajha, u terħilha lejn il-​belt.

Billi interessat ruħha ferm fl-​affarijiet li qalilha Ġesù, hija tgħid lill-​irġiel tal-​belt: “Ejjew hawn, araw raġel li qalli kulma għamilt.” Imbagħad, biex tqajmilhom il-​kurżità, tistaqsi: “M’huwiex dan forsi l-​Kristu, hux?” Il-​mistoqsija tilħaq l-​iskop tagħha​—l-​irġiel imorru biex jaraw b’għajnejhom.

Sadattant, id-​dixxipli jħeġġu lil Ġesù biex jiekol l-​ikel li ġabulu mill-​belt. Imma hu jwieġeb: “Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih.”

“Ħadd ma ġablu xi ħaġa x’jiekol, hux?” id-​dixxipli jibdew jistaqsu lil xulxin. Ġesù jwieġeb: “L-​ikel tiegħi hu għalija li nagħmel ir-​rieda taʼ dak li bagħatni u li ntemm ix-​xogħol tiegħu. Ma tgħidux intom li għad baqaʼ erbaʼ xhur qabel jiġi l-​ħsad?” Madankollu, billi jipponta lejn il-​ħsad spiritwali, Ġesù jgħid: “Erfgħu għajnejkom u araw l-​egħlieqi, kif huma bojod għall-​ħsad. Diġà l-​ħassad qed jieħu l-​ħlas u jiġbor il-​frott għall-​ħajja taʼ dejjem, sabiex min jiżraʼ u min jaħsad jistgħu jifirħu flimkien.”

Forsi Ġesù diġà jistaʼ jara l-​effett grandjuż tal-​laqgħa tiegħu mal-​mara Samaritana​—li ħafna kienu qed ipoġġu fidi fih minħabba x-​xiehda tagħha. Hi qed tagħti xiehda lin-​nies tal-​belt, billi tgħid: “Hu qalli kulma għamilt.” Għalhekk, meta l-​irġiel taʼ Sikar jiġu għandu ħdejn il-​bir, huma jitolbuh biex jibqaʼ u jitkellem magħhom iktar. Ġesù jaċċetta l-​istedina u jibqaʼ magħhom għal jumejn.

Hekk kif is-​Samaritani jisimgħu lil Ġesù, bosta oħrajn jemmnu. Imbagħad igħidu lill-​mara: “Qed nemmnu mhux iktar minħabba fi kliemek; għax smajna b’widnejna u nafu ċert li dan ir-​raġel huwa s-​salvatur tad-​dinja.” Tassew li l-​mara Samaritana tipprovdi eżempju mill-​aħjar taʼ kif nistgħu nagħtu xiehda dwar Kristu billi nqajmu l-​kurżità fis-​semmiegħa biex ifittxu iżjed!

Ftakar li dan hu erbaʼ xhur qabel il-​ħsad​—milli jidher il-​ħsad tax-​xgħir, li fil-​Palestina jseħħ fir-​rebbiegħa. Mela issa probabbli li hu Novembru jew Diċembru. Dan ifisser li wara l-​Qbiż tas-​sena 30 E.K., Ġesù u d-​dixxipli tiegħu qattgħu madwar tmien xhur fil-​Ġudea jgħallmu u jgħammdu. Issa jitilqu lura lejn pajjiżhom fil-​Galilija. X’hemm jistenniehom? Ġwann 4:​3-43.

▪ Il-​mara Samaritana għala tistagħġeb li Ġesù kellimha?

▪ Ġesù x’igħallimha dwar ilma ħaj u dwar fejn għandek tqim?

▪ Ġesù kif juriha hu min hu, u din l-​istqarrija għala hi daqshekk tal-​għaġeb?

▪ Liema għoti taʼ xiehda twettaq il-​mara Samaritana u b’liema riżultat?

▪ L-​ikel taʼ Ġesù x’għandu x’jaqsam mal-​ħsad?

▪ Kif nistgħu niddeterminaw it-​tul tal-​ministeru taʼ Ġesù fil-​Ġudea wara l-​Qbiż tas-​sena 30 E.K.?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja