Għanja 210
‘Kunu Żguri mill-Affarijiet Iktar Importanti’
1. Naqdu bil-ferħ ’l Alla Jehovah;
Lilu inħobbuh.
Tassew l-imħabba importanti;
dan mill-qalb nuruh.
L-imħabba trid tiżdied u tfur waqt li int tkun żgur
Minn ħwejjeġ taʼ tjieba u sew
Sabiex qatt ma niżżballjaw,
waqt li fix-xogħ’l t’Alla lkoll nehdew.
2. Dak l-iktar li jgħodd m’Alla hu li
ngħixu l-verità,
Nobduh mill-qalb, grati inkunu,
w nuru ’ntegrità.
U maʼ kulħadd ngħixu fis-sliem biex nibqgħu sat-tmiem
Inxandru ilkoll magħqudin
Kullimkien—Ma nfixklu ’l ħadd,
nagħmlu xogħ’l tajjeb fost il-bnedmin.
3. Tant importanti hu li t-tagħlim
t’Alla nonoraw
Billi umlin dejjem inkunu
w Kelmtu naċċettaw.
Bi frott taʼ tjieba mimlijin, bl-aħbar imqanqlin,
Fis-servizz ’l Alla tifħiriet
Dlonk nagħtuh. Nagħtu ’mportanza
hekk lill-aħjar affarijiet.