LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Tgħallimna Nafdaw Għalkollox f’Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Jannar 1
    • ma ridux jaċċettawna. Però, maż-​żmien, stajna nissetiljaw u nibdew ngħixu l-​ħajja li tant konna nixxennqu għaliha—dik li naqdu lil Ġeħova flimkien bħala familja.

      ‘F’Ġeħova Nittama’

      Snin wara, kulmeta jien u Ferdinand konna nkunu flimkien maʼ xi wħud minn sħabna li bħalna għaddew minn dawk is-​snin taʼ tbatija, konna noqogħdu niftakru fil-​gwida kollha mħabba taʼ Ġeħova f’dawk iż-​żminijiet diffiċli. (Salm 7:2 [7:​1, NW]) Fraħna li matul is-​snin, Ġeħova ppermetta li jkollna sehem f’li mexxu ’l quddiem l-​interessi tas-​Saltna. Ukoll spiss konna ngħidu kemm inħossuna kuntenti li qattajna ż-​żgħożija fis-​servizz sagru taʼ Ġeħova.—Koħèlet 12:1.

      Wara l-​perijodu tal-​persekuzzjoni min-​Nazi, jien u Ferdinand qdejna lil Ġeħova flimkien għal iktar minn 50 sena qabel ma hu spiċċa l-​ħajja tiegħu fuq l-​art fl-​20 taʼ Diċembru, 1995. Dalwaqt ngħalaq 98 sena. Kuljum nirringrazzja lil Ġeħova li wliedna kienu t’appoġġ matul dawk is-​snin diffiċli u li għadni nistaʼ nagħmel dak kollu li niflaħ fis-​servizz tiegħu għall-​glorja taʼ ismu. Jien grata għal dak kollu li Ġeħova għamel miegħi, u hija x-​xewqa taʼ qalbi li nkompli ngħix skond il-​motto tiegħi: “Jien [f’Ġeħova] nittama.”—Salm 31:7 (31:​6, NW).

  • Kif Tipproteġi lil Uliedek Permezz taʼ l-Għerf Divin
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Jannar 1
    • Kif Tipproteġi lil Uliedek Permezz taʼ l-​Għerf Divin

      ĠISIMNA kuljum jinsab fi ġlieda. Irid jiġġieled kontra għadd taʼ mikrobi, parassiti, u virus. Imnalla l-​maġġuranza minna writna sistema li tiġġieled kontra l-​mard u tipproteġina kontra attakki bħal dawn u milli nintlaqtu minn diversi mardiet u infezzjonijiet.

      Bl-istess mod, bħala Kristjani għandna niġġieldu kontra ħsibijiet u valuri mhux Skritturali u kontra pressjonijiet li jistgħu jeqirdulna s-​saħħa spiritwali. (2 Korintin 11:3) Sabiex kuljum inkunu nistgħu niġġieldu kontra dan l-​attakk fuq moħħna u qalbna, irridu niżviluppaw id-​difiżi spiritwali tagħna.

      Dawn id-​difiżi huma speċjalment bżonnjużi għal uliedna, għaliex huma ma jitwildux b’difiżi spiritwali li jifilħu jiġġieldu l-​ispirtu tad-​dinja. (Efesin 2:2) Hekk kif it-​tfal ikunu qed jikbru, hu vitali li l-​ġenituri jgħinuhom jiżviluppaw id-​difiżi tagħhom stess. Minn xiex jiddependu dawn id-​difiżi? Il-​Bibbja tispjega: “Il-​Mulej jagħti l-​għerf . . . jgħasses it-​triq tat-​twajbin tiegħu.” (Proverbji 2:​6, 8) L-​għerf divin jistaʼ jgħasses it-​triq taʼ dawk iż-​żgħażagħ illi mingħajru għandhom mnejn iċedu għas-​sħubija taʼ ħsara, għall-​pressjoni minn taʼ mparhom, jew għad-​divertiment taʼ ħsara. Il-​ġenituri kif jistgħu jsegwu l-​gwida taʼ Ġeħova u jnaqqxu l-​għerf divin?

      Ifittxu Sħubija li Tibni

      Nistgħu nifhmu li l-​adoloxxenti jħobbu l-​kumpanija taʼ adoloxxenti oħra, imma jekk jissieħbu biss maʼ dawn l-​uħud taʼ bla esperjenza m’humiex se jiksbu l-​għerf divin. “Il-​bluha b’għeruqha fil-​qalb taʼ kull tifel,” iwissi l-​proverbju. (Proverbji 22:15) Imma allura, xi ġenituri kif għenu lil uliedhom japplikaw l-​għerf divin f’din il-​kwistjoni tas-​sħubija?

      Missier li jismu Dona qal: “Is-​subien tagħna qattgħu ħafna ħin maʼ sħabhom li kienu taʼ l-​istess età, imma ħafna minn dan il-​ħin qattgħuh f’darna, meta konna nkunu hemm aħna. Darna kienet dejjem miftuħa u mimlija biż-​żgħażagħ, u aħna tmajniehom u lqajniehom. Konna kuntenti nissaportu l-​istorbju u ċ-​ċaqliq f’darna biex b’hekk nipprovdu ambjent ħieles mill-​periklu fejn uliedna setgħu jieħdu pjaċir.”

      Brian u Mary għandhom tlett itfal mill-​aqwa imma jammettu sinċerament li ma kienx dejjem faċli li jħarrġuhom. Huma jgħidu: “Fil-​kongregazzjoni tagħna, kien hemm ftit żgħażagħ adoloxxenti li setgħu jissieħbu mat-​tifla tagħna Jane. Madankollu, kellha ħabiba waħda li jisimha Susan u din kienet żagħżugħa dħulija u ferriħija. Però, il-​ġenituri tagħha kienu iktar permissivi minna. Lil Susan kienu jħalluha ddum barra iktar minn Jane, kienu jħalluha tilbes dbielet iqsar, tismaʼ mużika dubjuża, u tara films li m’humiex xierqa. Għal ħafna żmien, Jane sabitha diffiċli biex tifhem il-​ħarsa tagħna. Għaliha, il-​ġenituri taʼ Susan kienu jidhru li jifhmuha iktar, imma lilna ratna ebsin wisq magħha. Kien biss meta Susan spiċċat fl-​inkwiet li Jane rrealizzat li aħna konna qed nipproteġuha meta konna sodi magħha. Aħna grati ħafna li ma ċedejniex fil-​waqfa tagħna għal dak li konna nemmnu li hu tajjeb għal bintna.”

      Bħal Jane, ħafna żgħażagħ tgħallmu kemm hu għaqli li jfittxu l-​gwida tal-​ġenituri fil-​kwistjoni tas-​sħubija. “Min jilqaʼ t-​twiddib għall-​ġid, jagħmilha maʼ l-​għorrief,” jgħid il-​proverbju. (Proverbji 15:31) L-​għerf divin iqanqal liż-​żgħażagħ biex ifittxu l-​kumpanija taʼ ħbieb li se jibnuhom.

      Kif Ikampaw mal-​Pressjoni biex Ikunu bħall-​Oħrajn

      Is-​sħubija hija konnessa mill-​qrib mal-​pressjoni minn dawk taʼ madwarna. Jum wara l-​ieħor, il-​pressjoni biex ikunu bħall-​oħrajn tattakka d-​difiżi taʼ wliedna. Peress li ġeneralment iż-​żgħażagħ ifittxu l-​approvazzjoni taʼ dawk li jkunu taʼ l-​età tagħhom, il-​pressjoni minn taʼ mparhom tistaʼ tifformahom f’individwi li jidhru sbieħ mill-​ħarsa tad-​dinja.​—Proverbji 29:25.

      Il-Bibbja tfakkarna li “d-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll.” (1 Ġwanni 2:​17) Għalhekk, il-​ġenituri m’għandhomx iħallu lil uliedhom ikunu influwenzati żżejjed mill-​ħarsa tad-​dinja. Kif jistgħu jgħinu lil uliedhom jaħsbu b’mod xieraq għall-​Kristjani?

      “Binti dejjem riedet tilbes dak li kienu jilbsu żgħażagħ oħra,” qal Richard. “Allura, bil-​paċenzja kollha rraġunajna magħha dwar il-​vantaġġi u l-​iżvantaġġi taʼ kulma kienet titlobna. Anki dwar l-​ilbies li ma konniex narawh ħażin, aħna segwejna parir li smajna ħafna snin ilu, ‘Ikun għaqli min la jkun l-​ewwel li jadotta moda ġdida u lanqas l-​aħħar li jitlaqha.’”

      Omm li jisimha Pauline taffiet il-​pressjoni tal-​ħbieb taʼ wliedha b’mod differenti. Hi tiftakar: “Interessajt ruħi f’dak li jogħġob lil uliedi u kont immur spiss fil-​kamra tagħhom biex inkellimhom. Dawn il-​konversazzjonijiet fit-​tul għenuni nifforma l-​ħsibijiet tagħhom u ngħinhom jikkunsidraw modi differenti kif jistgħu jħarsu lejn l-​affarijiet.”

      Il-​pressjoni mill-​ħbieb m’hijiex se tisparixxi, u allura wisq probabbli l-​ġenituri se jiffaċċjaw ġlieda kontinwa biex ‘iwaqqgħu r-​raġunamenti tad-​dinja’ u jgħinu lil uliedhom ‘ijassru ħsibijiethom biex jobdu lil Kristu.’ (2 Korintin 10:5) Imma billi ‘jipperseveraw fit-​talb,’ kemm il-​ġenituri u kemm it-​tfal se jissaħħu biex iwettqu dan l-​inkarigu vitali.—Rumani 12:12; Salm 65:3 (65:2, NW).

      Il-​Ġibda Qawwija tad-​Divertiment

      It-​tielet influwenza li l-​ġenituri għandhom mnejn isibuha diffiċli biex jipprovdu gwida dwarha hi dik tad-​divertiment. M’għandniex xi ngħidu, it-​tfal ċkejknin iħobbu jilagħbu. Ħafna tfal li huma akbar ukoll jixxennqu għad-​divertiment. (2 Timotju 2:22) Imma jekk tiġi sodisfata b’mod li m’huwiex għaqli, din il-​ġibda tistaʼ tkissrilhom id-​difiżi spiritwali tagħhom. Il-​periklu jiġi prinċipalment f’żewġ forom differenti.

      L-ewwelnett, ħafna mid-​divertiment jirrifletti l-​livelli morali baxxi tad-​dinja. (Efesin 4:​17-​19) Madankollu, dan dejjem jiġi preżentat b’mod li jidher eċċitanti u attraenti. Dan hu tabilħaqq taʼ periklu għaż-​żgħażagħ, li jistgħu ma jindunawx bin-​nases.

      It-tieni, l-​ammont taʼ ħin imqattaʼ fid-​divertiment jistaʼ wkoll jikkaġuna l-​problemi. Għal xi wħud, id-​divertiment isir l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjithom, u jiħdilhom wisq ħin u enerġija. Il-​proverbju jwissi li “m’hux tajjeb tiekol ħafna għasel.” (Proverbji 25:27) Bl-​istess mod, wisq divertiment se jnaqqas l-​aptit għall-​ikel spiritwali u jwassal għall-​għażż mentali. (Proverbji 21:17; 24:​30-​34) Jekk iż-​żgħażagħ igawdu din id-​dinja bis-​sħiħ m’humiex se jkunu jistgħu “jaqbdu qabda soda mal-​ħajja vera”​—ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. (1 Timotju 6:​12, 19) Xi ġenituri kif kampaw maʼ l-​isfida?

      Mari Carmen, omm taʼ tlett ibniet, qalet: “Aħna ridna li wliedna jkollhom rikreazzjoni bnina u li jieħdu gost. Allura, konna noħorġu regolarment bħala familja, u huma qattgħu wkoll ħin maʼ ħbieb mill-​kongregazzjoni. Imma żammejna r-​rikreazzjoni f’postha. Qabbilna d-​divertiment mad-​deżerta fl-​aħħar taʼ ikla—ħelwa imma mhux il-​platt prinċipali. Huma tgħallmu jaħdmu fid-​dar, fl-​iskola, u fil-​kongregazzjoni.”

      Don u Ruth għamlu sforz speċifiku biex jipprovdu d-​divertiment. “Għamilnieha drawwa li niddedikaw is-​Sibt bħala ‘jum tal-​familja,’” spjegaw huma. “Fil-​għodu nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, wara nofsinhar immorru ngħumu, u fil-​għaxija nieklu ikla speċjali.”

      Il-kummenti taʼ dawn il-​ġenituri juru kemm hu importanti l-​bilanċ biex jiġi provdut divertiment bnin u biex dan jingħata l-​post li jixraqlu fil-​ħajja taʼ Kristjan.​—Koħèlet 3:4; Filippin 4:5.

      Afda f’Ġeħova

      M’għandniex xi ngħidu, id-​difiżi spiritwali jieħdu s-​snin biex jiġu żviluppati. M’hemm ebda mediċina li b’miraklu se tagħti l-​għerf divin u tqanqal lit-​tfal biex jafdaw f’Missierhom tas-​sema. Minflok, il-​ġenituri jridu ‘jibqgħu jrabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.’ (Efesin 6:4) Din il-​“gwida mentali” kontinwa tfisser li tgħin lit-​tfal iħarsu lejn l-​affarijiet kif iħares lejhom Alla. Kif jistgħu l-​ġenituri jwettqu dan?

      Studju tal-​Bibbja regulari bħala familja huwa fundamentali biex jirnexxu. L-​istudju ‘jiftaħ għajnejn it-​tfal biex jaraw l-​għeġubijiet tal-​liġi t’Alla.’ (Salm 119:18) Diego ħa l-​istudju tal-​familja b’serjetà kbira, u għalhekk għen lil uliedu jersqu eqreb lejn Ġeħova. “Kont nipprepara bir-​reqqa għall-​istudju,” qal hu. “Billi kont nagħmel ir-​riċerka fil-​pubblikazzjonijiet Skritturali, tgħallimt nagħmel il-​karattri Bibliċi reali għal uliedi. Ħeġġiġt lit-​tfal biex jaraw ix-​xebh bejn ħajjithom u l-​ħajjiet taʼ l-​uħud leali. Dan għen lit-​tfal iżommu sew f’moħħhom x’jogħġob lil Ġeħova.”

      It-​tfal jitgħallmu wkoll b’mod informali. Mosè ħeġġeġ lill-​ġenituri biex jitkellmu dwar it-​tfakkiriet taʼ Ġeħova ‘meta jkunu f’darhom, u meta jkunu mexjin fit-​triq, u meta jimteddu, u meta jqumu.’ (Dewteronomju 6:7) Wieħed missier spjega: “Ibni jrid il-​ħin biex jiftaħ qalbu u jesprimi s-​sentimenti tiegħu. Meta mmorru mixja jew nagħmlu biċċa xogħol flimkien, eventwalment jibda jħossu komdu jesprimi ruħu. F’dawn l-​okkażjonijiet, ikollna diskussjonijiet mill-​aqwa li huma taʼ benefiċċju għalina t-​tnejn.”

      It-​talb li jgħidu l-​ġenituri jħalli wkoll effett qawwi fuq uliedhom. Meta t-​tfal jisimgħu lill-​ġenituri jersqu lejn Alla bl-​umiltà kollha biex jitolbuh l-​għajnuna u l-​maħfra, huma jitqanqlu biex ‘jemmnu li hu jeżisti.’ (Ebrej 11:6) Ħafna ġenituri li kellhom suċċess jenfasizzaw l-​importanza tat-​talb bħala familja, fosthom talb li jinkludi kwistjonijiet taʼ l-​iskola u affarijiet oħra li jinkwetaw lit-​tfal. Wieħed missier qal li martu dejjem titlob mat-​tfal qabel ma jitilqu lejn l-​iskola.​—Salm 62:9 (62:​8, NW); 112:7.

      “Ħa Ma Niqfux Nagħmlu Dak li Hu Tajjeb”

      Il-​ġenituri kollha jiżbaljaw u jistaʼ jiddispjaċihom mill-​mod kif ittrattaw ċerti sitwazzjonijiet. Minkejja dan, il-​Bibbja tħeġġiġna nibqgħu nipprovaw u “ma niqfux nagħmlu dak li hu tajjeb.”​—Galatin 6:9.

      Madankollu, il-​ġenituri jħossuhom se jaqtgħu qalbhom meta kultant ma jkunux jistgħu jifhmu lil uliedhom. Ikun faċli li jikkonkludu li l-​ġenerazzjoni iktar żagħżugħa hija differenti u diffiċli. Imma, fir-​realtà, it-​tfal illum għandhom l-​istess dgħjufijiet li kellhom il-​ġenerazzjonijiet taʼ qabel, u jiffaċċjaw tentazzjonijiet simili, għalkemm il-​pressjoni biex jagħmlu l-​ħażen jistaʼ jkun li żdiedet. Għalhekk, wieħed missier, wara li kkoreġa lil ibnu, rattab kliemu billi b’qalb tajba żied jgħidlu: “Qalbek trid tagħmel sempliċement dak li qalbi riedet tagħmel meta kont daqsek.” Il-​ġenituri għandhom mnejn ma tantx jifhmu fil-​kompjuters, imma huma jifhmu sew fit-​tendenzi tal-​ġisem imperfett.​—Mattew 26:41; 2 Korintin 2:​11.

      Forsi xi tfal ftit li xejn jesprimu entużjażmu għall-​gwida tal-​ġenituri tagħhom u saħansitra jirvellaw kontra d-​dixxiplina li jirċievu. Madankollu, għal darb’oħra s-​sabar huwa essenzjali. Minkejja li għall-​ewwel ma jkunux iridu jkunu jafu jew jagħmlu żmien jisfidaw, ħafna tfal maż-​żmien jibdew jisimgħu. (Proverbji 22:6; 23:​22-​25) Matthew, Kristjan żagħżugħ li issa qed jaqdi f’uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, qal: “Meta kont adoloxxenti, ħassejt li r-​restrizzjonijiet tal-​ġenituri tiegħi ma kinux ġusti. Kont nirraġuna li jekk il-​ġenituri taʼ sħabi kienu jħalluhom jagħmlu xi ħaġa, allura għala tiegħi ma kinux iħalluni? U kultant kont verament niddejjaq meta kienu jagħtuni kastig billi ma jħallunix noħroġ bid-​dgħajsa—xi ħaġa li kont veru nħobb. Madankollu, meta nħares lura nirrealizza li d-​dixxiplina li tawni l-​ġenituri kienet kemm effettiva u kemm neċessarja. Jien grat li tawni l-​gwida li kelli bżonn meta kelli bżonnha.”

      M’hemm ebda dubju dwar dan—għalkemm uliedna kultant ikollhom ikunu f’ambjent li m’huwiex bnin spiritwalment, huma xorta jistgħu jikbru u jsiru Kristjani mill-​aqwa. Kif twiegħed il-​Bibbja, l-​għerf divin jistaʼ jagħtihom difiżi spiritwali. “Għax l-​għerf jidħollok f’moħħok, u t-​tagħrif ikun l-​għaxqa taʼ qalbek. L-​għaqal jgħasses fuqek, il-​fehma tajba tħarsek, teħilsek minn triq il-​ħażen.”​—Proverbji 2:​10-​12.

      M’hijiex xi ħaġa faċli li ġġorr tarbija fil-​ġuf għal disaʼ xhur. U l-​20 sena taʼ wara jistgħu jġibu magħhom ammont taʼ wġigħ flimkien mal-​ferħ. Imma minħabba li jħobbu lil uliedhom, il-​ġenituri Kristjani jagħmlu ħilithom kollha biex jipproteġuhom bl-​għerf divin. Huma jħossuhom dwar uliedhom bħalma ħassu x-​xwejjaħ appostlu Ġwanni dwar uliedu spiritwali: “M’għandix raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-​verità.”​—3 Ġwanni 4.

      [Nota taʼ taħt]

      a Xi ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdula.

      [Stampa f’paġna 24]

      “Darna kienet dejjem miftuħa u mimlija biż-​żgħażagħ”

      [Stampa f’paġna 25]

      Interessa ruħek f’dak li jinteressa lil uliedek

      [Stampi f’paġna 26]

      “Kont nipprepara bir-​reqqa għall-​istudju”

  • Oqgħod Attent minn Drawwiet li Ma Jogħġbux lil Alla
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Jannar 1
    • Oqgħod Attent minn Drawwiet li Ma Jogħġbux lil Alla

      F’BITĦA żgħira, hemm tebut miftuħ taħt ix-​xemx tikwi taʼ l-​Afrika. Hekk kif ħbieb u qraba mnikkta jgħaddu minn ħdejh biex jesprimu d-​dispjaċir tagħhom, raġel xiħ jieqaf ħdejh. B’għajnejh kollhom diqa, jitbaxxa qrib wiċċ il-​mejjet u jibda jitkellem: “Għax m’għedtlix li sejjer? Għax ħallejtni hekk? Issa li mort lura, se tkompli tgħinni?”

      F’parti oħra taʼ l-​Afrika, titwieled tarbija. Ħadd ma jistaʼ jara t-​tarbija. Huwa biss wara li jgħaddi ftit taż-​żmien li t-​tarbija tistaʼ tinħareġ biex jaraha l-​pubbliku u tingħata isem b’mod ċerimonjali.

      Għal xi wħud, il-​fatt li titkellem maʼ mejjet jew li taħbi tarbija mill-​oħrajn jistaʼ jidher bħala mġiba stramba. Però, f’ċerti kulturi u soċjetajiet, l-​imġiba u l-​attitudni tan-​nies lejn il-​mewt u t-​twelid huma influwenzati mit-​twemmin qawwi ferm li l-​mejtin m’humiex tassew mejtin imma jinsabu ħajjin u konxji.

      It-twemmin tant hu qawwi li jinsab minsuġ sew fid-​drawwiet u r-​riti li jinvolvu kważi kull aspett tal-​ħajja. Per eżempju, hemm miljuni li jemmnu li l-​passi importanti fil-​ħajja taʼ xi ħadd​—bħat-​twelid, l-​iżvilupp, iż-​żwieġ, li jkollhom it-​tfal, u l-​mewt​—huma parti minn mogħdija li twassal għall-​qasam taʼ l-​ispirti taʼ l-​antenati. Dawn l-​uħud jemmnu li f’dan il-​post, individwu mejjet ikompli jkollu rwol attiv fil-​ħajja taʼ dawk li jkun ħalla warajh. U

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja