LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/09 p. 2
  • Kun Preparat Sew Biex Tgħallem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Preparat Sew Biex Tgħallem
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—L-Ewwel Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—It-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 6/09 p. 2

Kun Preparat Sew Biex Tgħallem

1. Għala għandna niffokaw fuq li nibnu l-​apprezzament meta nikkonduċu studju tal-​Bibbja?

1 Meta nikkonduċu studju tal-​Bibbja rridu nkunu preparati sew biex inqanqlu lill-​istudent ħalli jaqdi lil Ġeħova. L-​isforzi tagħna se jkunu effettivi jekk ngħinuh japprezza l-​verità tal-​Bibbja. Dan imbagħad se jimmotiva lill-​istudent. (Dt. 6:5; Prov. 4:23; 1 Kor. 9:26) Kif se nagħmluh dan?

2. It-​talb kif jistaʼ jgħinna biex nippreparaw għal xi studju?

2 Preparazzjoni bit-​Talb: Ladarba huwa Ġeħova li jkabbar iż-​żerriegħa tal-​verità f’qalb l-​istudent, ikun xieraq li nibdew nippreparaw għall-​istudju billi nitolbu speċifikament għall-​istudent u għall-​bżonnijiet partikulari tiegħu. (1 Kor. 3:6; Ġak. 1:5) Talb bħal dan jistaʼ wkoll jgħinna niddeterminaw kif nistgħu ngħinuh iżjed biex jimla qalbu “bl-​għarfien eżatt” dwar ir-​rieda taʼ Ġeħova.—Kol. 1:9, 10.

3. Kif nistgħu nippreparaw bl-​istudent f’moħħna?

3 Qis lill-​Istudent: Ġesù kien jaf li tagħlim effettiv jinvolvi li wieħed iqis lill-​udjenza. F’minn tal-​inqas żewġ okkażjonijiet, Ġesù ġie mistoqsi l-​istess mistoqsija: “Xi rrid nagħmel biex niret il-​ħajja taʼ dejjem?” Kull darba li wieġeb, hu uża metodu differenti. (Lq. 10:25-28; 18:18-20) Għandna nżommu lill-​istudent f’moħħna meta nippreparaw. Liema skritturi ċitati se naqraw miegħu? Kemm se nipprovaw inkopru materjal? L-​istudent liema punti fil-​lezzjoni għandu mnejn isibhom diffiċli biex jifhimhom jew jaċċettahom? Jekk nistgħu naħsbu f’xi mistoqsijiet li jistaʼ jistaqsi l-​istudent, se nkunu preparati aħjar biex inwieġbu b’mod effettiv.

4. Preparazzjoni tajba x’tinkludi?

4 Irrivedi l-​Materjal: Għalkemm studjajna l-​materjal bosta drabi fil-​passat, din se tkun l-​ewwel darba li se nistudjawh mal-​istudent. Jekk irridu nilħqulu qalbu, preparazzjoni tajba għal kull studju hija vitali. Dan ifisser li nagħmlu dak li ninkuraġġixxu li jagħmel l-​istudent tagħna. Irrivedi l-​materjal, inkluż l-​iskritturi ċitati, bl-​istudent f’moħħok, u rriga taħt il-​punti prinċipali.—Rum. 2:21, 22.

5. Kif nistgħu nimitaw lil Ġeħova?

5 Ġeħova hu interessat intensament fil-​progress taʼ kull student tal-​Bibbja. (2 Pt. 3:9) Billi nieħdu l-​ħin biex nippreparaw għal kull studju tal-​Bibbja, aħna nuru l-​istess interess bl-​imħabba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja