Provvediment għall-Ministri Kristjani
1 Fl-1938, l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova bdiet arranġament ġdid. Gruppi taʼ kongregazzjonijiet ġew mistidnin jattendu assembleat taż-żona, li issa jissejħu assembleat tas-circuit. Għal liema għan? Il-ħarġa tal-Informant (issa Il-Ministeru tas-Saltna) taʼ Jannar 1939 twieġeb: “Dawn l-assembleat huma parti mill-Organizzazzjoni Teokratika taʼ Ġeħova li turina kif għandna nġibu ruħna fis-servizz tas-Saltna tiegħu. L-istruzzjoni li nirċievu fihom hija essenzjali biex kull wieħed minna jagħmel ix-xogħol inkarigat lilu sew.” Meta nqisu ż-żieda fil-proklamaturi tas-Saltna, minn 58,000 biss fl-1938 għal iktar minn 7,000,000 fl-2009, huwa ovvju li l-assembleat tas-circuit qed iwettqu l-għan tagħhom biex jgħinu lill-ministri ‘jagħmlu x-xogħol inkarigat lilhom’!
2 It-Tema għas-Sena li Ġejja: Aħna nħarsu ’l quddiem għall-programm tal-assemblea tas-circuit li jibda f’Settembru u għall-inkuraġġiment li se jagħti. It-tema “M’Intomx Parti mid-Dinja” hi meħuda minn Ġwanni 15:19. X’inhuma xi ftit mit-taħditiet li żgur se jkunu taʼ ġid għall-ministri Kristjani? Is-Sibt se nisimgħu t-taħdita, “Is-Servizz Full-Time Jipproteġina—Kif?” Ukoll se ngawdu serje taʼ tliet taħditiet “Titniġġsux . . . ” “Mill-Bhima Salvaġġa,” “Mill-Prostituta l-Kbira,” u “Mill-Merkanti li Jivvjaġġaw.” Il-Ħadd se nisimgħu serje taʼ taħditiet bit-tema “Ħobbu lil Ġeħova, Mhux lid-Dinja.” Taħditiet oħrajn jinkludu “Komplu Bħala ‘Barranin u Residenti Temporanji’” u “Agħmlu Kuraġġ! Tistgħu Tirbħu lid-Dinja.”
3 Wara li attendiet assemblea tas-circuit reċenti, waħda oħt li kienet naqqset mill-ministeru tagħha kitbet li l-programm qanqalha terġaʼ teżamina ċ-ċirkustanzi tagħha u biex tkun determinata li ‘toħroġ fis-servizz u tieqaf iġġib l-iskużi!’ Bla ebda dubju, il-programm tal-assemblea tas-circuit għas-sena tas-servizz il-ġdida se jgħinna lkoll biex inħobbu lil Ġeħova u mhux lid-dinja. (1 Ġw. 2:15-17) Kun ċert li tattendi u toqgħod attent sabiex tibbenefika bis-sħiħ minn dan il-provvediment kollu mħabba għall-ministri Kristjani!
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
1. Liema arranġament ġdid beda fl-1938, u għal liema għan?
2. Liema informazzjoni se tingħata fl-assemblea tas-circuit għas-sena tas-servizz il-ġdida?
3. Liema ġid joħroġ milli nattendu għall-assemblea tas-circuit?