Użah f’Kull Opportunità
1. Il-fuljett Taf il-Verità huwa utli biex nagħmlu xiex?
1 Il-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? ġie disinjat biex jgħinna nibdew studji tal-Bibbja. Iżda huwa wkoll għodda effettiva biex inxerrdu ż-żerriegħa tal-verità. (Ekk. 11:6) Dawn huma xi ftit suġġerimenti biex jgħinuna nagħmlu użu tajjeb minnu.
2. Kif nistgħu nużaw il-fuljett biex nibdew konversazzjoni?
2 Biex Tibda Konversazzjoni: Forsi tistaʼ tagħti l-fuljett lill-inkwilin, turih is-sitt mistoqsijiet fuq il-paġna taʼ quddiem, u tistaqsih: “Int liema minn dawn il-mistoqsijiet ġieli staqsejt?” Wara li jwieġbek, irreferi għat-tweġiba li tagħti l-Bibbja, minn fuq il-fuljett stess, għal waħda mill-mistoqsijiet tal-inkwilin u aqra waħda mill-iskritturi ċitati. Aqra jew spjega fil-qosor x’tgħid il-paġna taʼ wara nett u offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Anki jekk ma jaċċettax il-ktieb, hu jkun irċieva l-fuljett li jistaʼ jwassal biex il-verità trabbi l-għeruq f’qalbu.—Mt. 13:23.
3. X’nistgħu ngħidu jekk l-inkwilin ikollu x’jagħmel?
3 Jekk l-Inkwilin Ikollu X’Jagħmel: Forsi tistaʼ tgħid: “Peress li bħalissa hu ħin inkonvenjenti għalik, ħa nħallilek dan il-fuljett. Fih hemm imniżżlin sitt mistoqsijiet bażiċi li ħafna minna staqsejniehom u jagħti tweġiba diretta mill-Bibbja għal kull mistoqsija. Meta nerġaʼ niġi, għidli x’deherlek minnu.”
4. X’nistgħu ngħidu meta noffru l-fuljett waqt li nkunu qed nagħtu xhieda fit-toroq?
4 Meta Nagħtu Xhieda fit-Toroq: Forsi tistaʼ tgħid: “Bonġu. Qatt staqsejt xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan il-fuljett juri t-tweġibiet ċari u sodisfaċenti li jinstabu fil-Bibbja.” Jekk l-individwu ma jkunx mgħaġġel, forsi tkun tistaʼ tiddiskuti waħda mit-tweġibiet li hemm fil-fuljett u saħansitra toffri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?
5. Kultant kif nistgħu nużaw il-fuljett meta ma jkun hemm ħadd id-dar?
5 Meta Ma Jkun Hemm Ħadd id-Dar: F’xi territorji, meta ma jkun hemm ħadd id-dar, il-pubblikaturi normalment iħallu l-letteratura fejn ma tidhirx. Jekk din hi d-drawwa fil-kongregazzjoni tiegħek, għala kultant ma tħallix il-fuljett Taf il-Verità? Meta terġaʼ tmur tistaʼ tgħid: “Meta konna hawn l-aħħar darba, ma sibniekx id-dar, u għalhekk ħallejnielek dan il-fuljett fil-kaxxa tal-ittri. Liema minn dawn il-mistoqsijiet tixtieq li jkollok tweġiba għalihom?”
6. X’inhu li jagħmel lill-fuljett Taf il-Verità għodda effettiva fl-ippritkar?
6 Il-fuljett Taf il-Verità jippreżenta l-verità b’mod sempliċi u dirett. Dan huwa mmirat lejn nies taʼ kull reliġjon u kultura. Huwa faċli biex toffrih; saħansitra ż-żgħażagħ u l-pubblikaturi ġodda jistgħu jħalluh man-nies. Qiegħed int tużah f’kull opportunità adattata?