LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/11 p. 3
  • L-Iktar Kwalità Importanti t’Għalliem Tajjeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Iktar Kwalità Importanti t’Għalliem Tajjeb
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Imita lil Ġesù—Għallem bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Issaħħaħ Permezz taʼ l-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-imħabba—Kwalità prezzjuża
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Ikkultiva Mħabba li Ma Tbatti Qatt
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 11/11 p. 3

L-​Iktar Kwalità Importanti t’Għalliem Tajjeb

1. Liema hi l-​iktar kwalità importanti t’għalliem tajjeb?

1 Liema hi l-​iktar kwalità importanti li tagħmel lil dak li jkun għalliem tajjeb tal-​Bibbja? L-​edukazzjoni sekulari? L-​esperjenza? L-​abbiltà naturali? Fil-​fatt, hi l-​istess kwalità li twettaq il-​Liġi u li tidentifika lid-​dixxipli taʼ Ġesù. Ukoll, mill-​kwalitajiet prinċipali taʼ Ġeħova hi l-​iktar kwalità li tispikka u li tiġbed lil dak li jkun. (Ġw. 13:35; Gal. 5:14; 1 Ġw. 4:8) Hi l-​imħabba. Għalliema tajbin juru l-​imħabba.

2. Għala huwa vitali li jkollna mħabba għan-​nies?

2 Ħobb lin-​Nies: L-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù, wera mħabba lejn in-​nies, u dan immotivahom biex jisimgħuh. (Lq. 5:12, 13; Ġw. 13:1; 15:13) Jekk jimpurtana min-​nies, se nagħtu xhieda f’kull opportunità. Ostakli bħall-​persekuzzjoni u l-​apatija mhumiex se jwaqqfuna. Aħna se nuru interess persunali sinċier f’dawk li nippritkawlhom, u se nadattaw il-​metodu tagħna skont it-​tħassib tagħhom. Se nkunu lesti nieħdu l-​ħin mhux biss meta nkunu maʼ kull student tal-​Bibbja, imma wkoll meta nkunu qed nippreparaw minn qabel għal kull studju.

3. L-​imħabba għall-​veritajiet tal-​Bibbja kif se tgħinna fil-​ministeru?

3 Ħobb il-​Veritajiet tal-​Bibbja: Ġesù ħabb ukoll il-​veritajiet tal-​Bibbja u qieshom bħala teżori. (Mt. 13:52) Jekk aħna nħobbu l-​verità, se nitkellmu bl-​entużjażmu, u dan jistaʼ jqanqal l-​eċċitament fis-​semmiegħa tagħna. Imħabba bħal din se tgħinna niffokaw fuq l-​informazzjoni prezzjuża li qed nagħtu minflok fuq il-​limitazzjonijiet persunali tagħna, u b’hekk inħossuna inqas ansjużi fil-​ministeru.

4. Kif nistgħu nikkultivaw l-​imħabba?

4 Ikkultiva l-​Imħabba: Kif nistgħu nikkultivaw l-​imħabba għan-​nies? Billi nirriflettu fuq l-​imħabba li Ġeħova u Ibnu wrew u l-​kundizzjoni spiritwali mwiegħra tan-​nies fit-​territorju tagħna. (Mk. 6:34; 1 Ġw. 4:10, 11) Imħabbitna għall-​veritajiet tal-​Bibbja se tikber permezz taʼ studju persunali u meditazzjoni regulari. L-​imħabba hi aspett tal-​frott tal-​ispirtu. (Gal. 5:22) Allura nistgħu nitolbu lil Ġeħova għall-​ispirtu qaddis u nistaqsuh biex jgħinna nikbru fi mħabbitna. (Lq. 11:13; 1 Ġw. 5:14) Huma x’inhuma l-​edukazzjoni sekulari tagħna, l-​esperjenza li għandna fil-​verità, jew l-​abbiltajiet naturali tagħna, nistgħu nkunu għalliema effettivi tal-​Bibbja billi nuru l-​imħabba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja